Left arrow Go Back

INAWGURAT IĊ-ĊENTRU TAL-EDUKAZZJONI, XJENZA U KULTURA FIL-WIED TAL-LUNZJATA

PR142667
Date Icon 13/11/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura uffiċjalment iċ-ċentru tal-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura f’Dar il-Lunzjata fil-wied pittoresk ta’ Wied il-Lunzjata.

Il-Ministru Anton Refalo tenna li fuq inizjattiva tal-Uffiċċju tal-UNESCO f’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kulleġġ t’Għawdex u permezz ta’ post ipprovdut mill-Ministeru għal Għawdex, seta’  jitwaqqaf l-ewwel Ċentru għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura f’pajjiżna.

Dan iċ-Ċentru ser iservi ta’ mixtla għal inizjattivi li jmexxu ‘l quddiem il-kurrikulu edukattiv nazzjonali kif ukoll dak tal-UNESCO fost il-ġenerazzjonijiet żgħar tagħna.  Il-programm li tfassal għal dan iċ-Ċentru jinkludi għadd ta’ inizjattivi, proġetti u attivitajiet għal tul is-sena skolastika kollha, immirati għal studenti ta’ kull età, mill-iskejjel kollha Għawdxin u b’invit miftuħ anke għal dawk Maltin.

Permezz tal-Associated Schools Project Network qed tiġi offruta l-opportunità li jitkabbar l-għarfien dwar temi bħal wirt kulturali ta’ pajjiżna; ta’ patrimonju kulturali ieħor magħruf bħala ‘Wirt Ħaj tal-Umanità; l-etika, it-tolleranza, il-paċi u l-wirt ambjentali tagħna.

Il-Ministru rringrazzja lid-Delegazzjoni Permanenti tal-UNESCO għall-ħidma intensiva li qed titwettaq f’Malta fir-rigward tal-proċess impenjattiv tan-nominazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex flimkien mal-Imdina f’Malta għat-titlu prestiġjuż bħala sit ta’ Wirt Dinji.  Żgur li jekk pajjiżna jirnexxilu jikkonkludi b’suċċess dan il-proċess, jinkuruna l-isforżi kollha li qed jagħmel il-Gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex, biex permezz tal-proġett kbir li qed isir bħalissa fiċ-Ċittadella u l-madwar, jerġa’ jroddilha s-sbuħija unika li tgawdi.

Il-Ministru Refalo irringrazzja wkoll lill-Kulleġġ ta’ Għawdex, għall-ħidma kbira u kontinwa li titwettaq mal-istudenti u ż-żgħażagħ  fl-iskejjel Għawdxin.   Permezz ta’ dan iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura, il-Ministeru għal Għawdex qed iġedded l-impenn tiegħu biex ikompli jsostni kull investiment li jsir fl-edukazzjoni ta’ wliedna.  Indirizzaw lill-udjenża preżenti l-Ambaxxatur tal-UNESCO Mons. Dr Joe Vella Gauci u l-Prinċipal tal-Kulleġġ t’Għawdex Victor Galea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow