Left arrow Go Back

KAROZZA ELETTRIKA GĦALL-PARLAMENT MALTI

PR142655
Date Icon 12/11/2014

Waqt ċerimonja qasira li saret fil-bitħa tal-Palazz tal-Granmastri, il-Belt Valletta, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, ikkonsenja lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, karozza elettrika għall-użu tal-Parlament. 

F’diskorsi qosra tal-okkażjoni, l-Ispeaker Farrugia u l-Ministru Mizzi, saħqu fuq l-importanza li għandu jingħata l-ħarsien tal-ambjent u li l-għoti ta’ din il-vettura kien qed isir proprju għal dan l-iskop. 

Ġie nnotat ukoll li l-użu ta’ vettura li tuża enerġija nadifa se jkun qed jikkumplimenta l-politika adottata fil-bini l-ġdid tal-Parlament fejn intużat teknoloġija infrastrutturali li proprju tgħin biex jonqos il-konsum tal-enerġija meħtieġa biex titħaddem il-binja u biex jingħataw dawk is-servizzi li huma mistennija minn Parlament fis-soċjetà tal-lum.

L-uffiċjali li ser ikunu qed jagħmlu użu minn din il-vettura ser jiġu mogħtija anke taħriġ speċjali biex jagħmlu l-aħjar użu minn din il-karozza.

Il-vettura elettrika, kif ukoll it-taħriġ jagħmlu parti mill-proġett DemoEV bil-kodiċi LIFE10 ENV/MT/088 ikkonfinanzjat mill-istrument LIFE+.  Permezz ta’ dan il-proġett, ġew mixtrija 24 vettura elettrika ta’ daqsijiet u għamliet differenti kif ukoll 90 charging point li bihom il-pubbliku jista’ jiċċarġja l-vettura tiegħu. ’Il fuq minn 100 ċittadin kif ukoll għadd ta’ kumpaniji u organizzazzjonijiet ħadu sehem fil-perjodu ta’ dimostrazzjoni li beda aktar kmieni din is-sena u li se jiġi fi tmiemu f’Diċembru 2015.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow