F’MALTA GĦADDEJ KORS DWAR TEKNIĊI ĠODDA FL-OSSERVAZZJONI TAD-DINJA
PR142652
12/11/2014
Il-Gvern huwa kommess li jagħti l-importanza meħtieġa lir-riċerka u l-innovazzjoni li tgħin fil-ħolqien ta’ xogħol u opportunitajiet, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-iskop hu li jinkiseb tkabbir ekonomiku permezz tat-tkabbir innovattiv. L-investiment u appoġġ fl-intrapriżi żgħar u medji sabiex dawk ikollhom aktar ħiliet jgħin lis-sinsla tal-ekonomija Maltija. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt il-ftuħ tal-kors bl-isem “Synthetic Aperture Radar and Earth Observation Techniques”. Dan il-kors qed ikun organizzat f’pajjiżna mill-MCST flimkien mal-European Space Agency f’Villa Bighi l-Kalkara. Għal dan il-kors qed jattendu ammont ta’ riċerkaturi minn barra l-pajjiż.
L-MCST u l-ESA ħadmu flimkien sabiex organizzaw dan il-kors li l-għan ewlieni tiegħu hu li jqajjem kuxjenza u jagħti tagħrif dwar tekniċi ġodda fil-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja. Il-kelliema fis-seminar kienu jinkludu lil Dr. Christian Thiel, Dr. Antonios Mouratidis, Dr. Christopher Stewart, Dr. Martin Gades u Dr. Francesco Holecz. Waqt id-diskors tal-ftuħ tkellem wkoll iċ-Ċermen tal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046