STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Libell fil-konfront tal-media tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista
Keith Schembri Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru llum fetaħ kawża ta’ libell kontra media tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista wara artiklu malafamanti li deher fuq il-faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum stess.
L-allegazzjonijiet magħmula minn In-Nazzjon huma għal kollox foloz u inventati. Is-Sur Schembri la kellu u lanqas għandu xi konnessjoni kummerċjali mal-kuġin tiegħu li jissemma fil-ġurnal In-Nazzjon. Hija fabbrikata wkoll l-implikazzjoni li għandu xi kuntatt miegħu jew li jaf li fejn jinsab.
L-istrateġija ta’ assassinju tal-karattru permezz tal-media tal-Oppożizzjoni qed tlaħħaq l-aktar livelli baxxi, li jixhdu n-negattiviżmu u sinjali tal-agħar politika tal-passat li l-poplu sfiduċja fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046