Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

PR142642
Date Icon 10/11/2014

L-investigazzjonijiet dwar il-concrete inferjuri f’Mater Dei għandhom isiru l-ewwel mill-awtoritajiet kompetenti u mhux mill-politiċi

Id-dikjarazzjonijiet li saru dalgħodu mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Claudio Grech, dwar il-kolonni tal-concrete ta’ kwalità ferm inferjuri f’Mater Dei, iqajmu l-mistoqsija għalfejn Claudio Grech irid li l-politiċi jieħdu post l-awtoritajiet li qed jinvestigaw dan il-każ.

Iqajmu l-mistoqsija wkoll għalfejn Claudio Grech irid li l-politiċi, inkluż anke dawk li setgħu kienu parti mill-proċess, jagħmlu skrutinju dwar dan il-każ meta għadhom ma ntemmux l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.

Il-Gvern se jħalli f’idejn l-awtoritajiet ikkonċernati biex jaslu għal konklużjonijiet tagħhom mingħajr ebda tfixkil.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta esterna minn bord li qed janalizza l-liabilities kriminali u ċivili li rriżultaw minn dak li ġara. Dan il-bord qed jikkopera u jagħti informazzjoni lill-pulizija u jaħtar l-esperti tekniċi fejn meħtieġa. Qed isiru wkoll studji dettaljati fis-sit minn kumpanija  li tispeċjalizza f’dan il-qasam.

L-iskrutinju fil-Parlament għandu jsir fil-mument opportun wara li jintemmu dawn l-investigazzjonijiet.

Il-Gvern se jkun qed jitlob li tinġarr kemm ir-responsabbilità politika kif ukoll ir-responsabbilità teknika u kummerċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow