Left arrow Mur Lura

17-IL IMPJIEG ĠDID KULJUM FL-EWWEL 16-IL XAHAR TA’ GVERN ĠDID

PR142638
Date Icon 10/11/2014

Konferma oħra li l-qasam tal-impjiegi f’pajjiżna miexi ’l quddiem fid-direzzjoni t-tajba. Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li, fl-ewwel sittax-il xahar ta’ din l-amministrazzjoni, in-numru ta’ impjiegi full-time żdied bi 8,385, jew 5.4%.

Dan ifisser li, mill-bidla tal-amministrazzjoni fil-bidu ta’ Marzu 2013, f’pajjiżna kellna żieda medja ta’ aktar minn 17-il impjieg full-time kuljum. Din ir-rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi kienet kważi d-doppju ta’ dik reġistrata taħt il-Gvern preċedenti.

Li s-settur privat irnexxielu joħloq aktar minn 6,500 impjieg full-time ġdid, jew medja ta’ 14-il impjieg ġdid kuljum, huwa l-aqwa indikatur tas-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna. 

Matul l-ewwel sittax-il xahar ta’ din il-leġislatura, in-numru ta’ impjegati full-time mas-settur tas-servizzi amministrattivi privati tela’ b’1,721, jew 20%. Is-settur tal-informatika u t-telekommunikazzjoni kabbar l-impjegi full-time b’639 jew 12%.

L-azjendi tas-servizzi finanzjarji impjegaw 758 persuna full-time aktar, żieda ta’ 11%, filwaqt li s-settur turistiku kabbar l-impjiegi b’566 jew 6%. L-operaturi fis-servizzi professjonali u fir-real estate żiedu b’582 impjieg, filwaqt li dawk fis-settur tal-gaming u r-rikreazzjoni impjegaw 426 persuna aktar.

L-oqsma li skont l-Oppożizzjoni sejrin ħażin ukoll irreġistraw titjib sinifikanti. Fil-manifattura kien hemm żieda ta’ 235 impjegat full-time u fis-settur tal-wholesale u retail, fl-aħħar sittax-il xahar, kien hemm żieda ta’ 529 impjieg full-time.

Il-bidla fid-direzzjoni nħasset l-aktar fil-gżira Għawdxija. F’Għawdex, l-impjiegi full-time żdiedu b’714 matul l-ewwel sittax-il xahar ta’ din l-amministrazzjoni. Dan ifisser li r-rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi full-time f’Għawdex kienet kważi tmien darbiet aktar mill-aħħar sittax-il xahar ta’ Gvern preċedenti.

Bil-miżuri li se jiġu mħabbra fil-budget, inkluż ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-industrija, il-Gvern se jagħti iktar appoġġ lis-settur privat biex ikompli jżid il-ġid u joħloq ix-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow