Left arrow Mur Lura

KOMMESSI LI FUQ LIVELL INTERNAZZJONALI NIPPROTEĠU L-INDUSTRIJA TAL-IGAMING F’MALTA

PR142635
Date Icon 10/11/2014

F’lukanda f’San Ġiljan is-Segretarju Parlamentari José Herrera indirizza seminar għal operaturi tal-igaming f’pajjiżna dwar bidliet li ser ikun qed jintroduċi l-Gvern Ingliż mill-1 ta’ Diċembru li ġej u li bihom kumpaniji reġistrati f’Malta ser ikollhom iħallsu taxxa addizzjonali fil-pajjiż tal-konsumatur jekk kemm-il darba jridu jipprovdu servizz ta’ online gambling fl-Ingilterra. “Dawn il-bidliet joffru sfida ġdida lill-operatur tal-igaming f’pajjiżna. Imma aħna disposti li naħdmu id f’id mal-operaturi biex kemm jista’ jkun innaqsu l-impatt li tali leġislazzjoni tista’ ġġib. F’dan is-sens Malta hija kburija  bir-regolamenti li tipprovdi għal dan is-settur u li permezz tagħhom inkomplu nipproteġu lill-konsumatur”, tenna Herrera.

Herrera qal dan meta kien qed jindirizza seminar organizzat mill-EY bħala parti minn Malta IGaming Summit (MIGS) li ser ikun qed jitlaqqa’ fil-jiem li ġejjin f’pajjiżna.

Huwa qal li fil-ġimgħat li għaddew, Malta permezz ta’ LGA kattret ir-relazzjoni mar-regulatur tal-Ingilterra filwaqt li wiżnet l-impatt tal-operatur li jopera minn pajjiżna, u li issa ser ikollu bżonn liċenzja fl-Ingilterra, biex jipprovdi servizzi lill-konsumatur li jgħix f’dan il-pajjiż.

Herrera, fid-diskors tiegħu, wera d-diżapprovazzjoni tiegħu għat-toroq li qed jaddottaw ċertu pajjiżi fl-UE fil-konfront ta’ din l-industrija. “Fil-fehma tagħna dawn it-toroq mhux biss jistgħu jmorru kontra l-prinċipji garantiti mit-trattat tal-UE imma jistgħu jwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-settur għad-detriment tal-konsumatur”, tenna Herrera.

Is-Segretarju Parlamentari qal li bħalissa qed isir hafna xogħol, inkluż fuq livell internazzjonali, biex tiġi protetta din l-industrija. Huwa qal li l-ġurisdizzjoni ta’ pajjizna li tirregola lil din l-industrija hija l-aqwa waħda. Xhieda ta’ dan, tenna Herrera huma r-riżultat finanzjarji mħabbra aktar kmieni dan ix-xahar għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Huwa qal li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-LGA ħarġet ħamsa u għoxrin fil-mija aktar tal-liċenzji li ġew maħruġa fl-istess perjodu s-sena li għaddiet filwaqt li l-kumpaniji reġistrati f’pajjiżna żdiedu bi sbatax fil-mija. Dan kollu huwa riżultat ta’ framework flessibbli imma ċar u definit li fih topera l-industrija minn pajjiżna, qal is-Segretarju Parlamentari.

Indirizzaw ukoll dan is-seminar iċ-chairman tal-LGA s-Sur Joseph Cuschieri u espert minn barra miġjub apposta għall-okkażjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow