Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU BRINCAT INIEDI L-EWWEL EDIZZJONI TAL-KOMPETIZZJONI FOTOGRAFIKA ANNWALI DWAR L-AMBJENT

PR142632
Date Icon 10/11/2014

The Environment: Our World, Our Home hija t-tema tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni fotografika annwali dwar l-ambjent li l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima qed iniedi llum.

Dan ħabbru llum il-Ministru Leo Brincat waqt konferenza tal-aħbarijiet li nżammet fil-Ministeru stess.

Huwa qal li din il-kompetizzjoni hija maħsuba biex l-aqwa fotografi f'pajjiżna jgħinu b'ħidmiethom u bil-kontribut tagħhom sabiex joħolqu u jqajmu kuxjenza favur l-ambjent f’pajjiżna permezz tal-istess xogħlijiet artistiċi tagħhom.

Il-Ministru Brincat radd ħajr lil dawk li żguraw li l-kompetizzjoni titħejja fuq linji professjonali. Huwa ħabbar li l-ewwel premju se jikkonsisti f'cash prize ta' €2,500, it-tieni premju cash prize ta' €1,500 u t-tielet premju cash prize ta' €1000.

Huwa qal li grazzi għal sponsors privati li sejrin jinbidlu sena wara l-oħra, din is-sena permezz tal-kumpanija Fotovision ser jingħataw għadd ta' camera bags tad-ditta lil dawk il-parteċipanti li s-sottomissjoni tagħhom tiġi magħżula għall-esebizzjoni. Ir-rebbieħa ser jingħataw ukoll ktejjeb bir-ritratti magħżula.

B'kollox sejrin jintgħażlu l-aħjar 30 ritratt sottomessi.

Kull parteċipant ma jistax idaħħal aktar minn ħames ritratti għall-kompetizzjoni. Dawn jistgħu jkunu kemm monochrome kif ukoll bil-kulur.

Kull ritratt għandu jġib miegħu detalji dwar fejn inġibed kif ukoll deskrizzjoni dettaljata tar-ritratt innifsu.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal dawk ir-residenti Maltin u Għawdxin minn 18-il sena ’l fuq.

Ma jistax jintuża materjal li diġà ġie sottomess għall-kompetizzjonijiet oħrajn kemm lokali kif ukoll barranin.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu online minn fuq is-sit  tal-Ministeru www.environment.gov.mt. Dawn ser jgħalqu fit-13 ta’ Frar filwaqt li l-eżibizzjoni mistennija tittella’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu qabel tmiem l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Dan iż-żmien estiż huwa maħsub biex jiġbed l-aħjar talenti lejn din il-kompetizzjoni li hija maħsuba li ssir avveniment annwali.

Il-Ministru qal li l-panel ser ikun kompost minn nies esperti fil-fotografija flimkien ma’ rappreżentant tal-Ministeru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow