Left arrow Mur Lura

STUDENTI GĦAWDXIN SE JIRĊIEVU IS-SUSSIDJU DIRETTAMENT FIL-KONT BANKARJU

pr142622
Date Icon 08/11/2014

Pass ieħor biex titnaqqas il-burokrazija

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li l-istudenti Ghawdxin li qed isegwu kors full-time f'Malta se jirċievu s-sussidju ta' €400 pagabbli kull tliet xhur fil-kont tal-bank tagħhom permezz ta' direct credit.

Dan jgħodd ghall-istudenti Għawdxin li qegħdin isegwu kors fuq bażi full-time l-Universita’ ta’ Malta, l-MCAST jew l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Malta.

B’hekk minn din is-sena akademika  l-istudenti se jibdew jirċievu dan is-sussidju direttament fil-kont bankarju tagħhom minflok b’ċekk li kien jintbagħat bil-posta fir-residenza rispettiva. Dan jikkonferma kemm dan il-gvern għandu għal qalbu l-interess tal-istudenti u juri biċ-ċar illi ser ikompli jagħmel minn kollox biex jassistihom fl-istudji tagħhom.

Il-Ministru Refalo qal dan waqt laqgha mal-kunsill il-ġdid tal- Grupp Universitarji Għawdxin (GUG). Waqt din il-laqgħa l-Ministru awgura lil dan il-kunsill il-ġdid ħidma fejjieda favur  l-istudenti Għawdxin u awguri lill-istudenti suċċess waqt l-istudji tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow