Left arrow Mur Lura

DIPLOMATIĊI KOREANI JILTAQGĦU MAL-MINISTRU BRINCAT WARA Ż-ŻJARA TIEGĦU F'PAJJIŻHOM

pr142621
Date Icon 08/11/2014

Fuq talba tagħhom stess, l-għola uffiċjali tal-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Korea li jinsabu f'pajjiżna sabiex  iħejju l-ħamsin sena mill-anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, kellhom laqgħa mal-Ministru Brincat wara ż-żjara riċenti tiegħu f'pajjiżhom ix-xahar li għadda.

Hemmekk huwa ltaqa ma’ Ministri tal-Gvern Korean apparti milli ħa sehem f’summit dinji dwar il-bijodiversita'.

Il-Ministru Brincat faħħar l-impenn iddikjarat tal-Ministeru tal-Ambjent Korean li jkabbar l-investiment privat permezz ta’ spinta ġdida għall-investiment fl-industrija ambjentali u tal-arja nadifa.

Huwa ħeġġeġ industriji Koreani biex iħarsu lejn pajjiżna bħala bażi għall-investiment simili, aktar u aktar fid-dawl tal-ftehim riċenti li ntlaħħaq ġewwa l-Korea t'Isfel bejn il-Korea Environmental Industry and Technology Institute u l-Korean Venture Capital Association bl-iskop ewlieni li jagħtu rankatura ġdida lill- investiment privat  fil-qasam ambjentali.

Huwa wera l-apprezzament tiegħu għall-impenn Korean favur l-ekonomija l-ħadra u l-hekk imsejjaħ Green Growth.

Brincat qal li l-Gvern Malti jqis l-Asja bħala l-kontinent tal-futur aktar u aktar f'dawk il-pajjiżi li jispeċjalizzaw fir-riċerka, l-avvanzi teknoloġiċi nodfa u l-innovazzjoni.

Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll il-Konslu tal-Korea f'pajjiżna.

Id-Delegazzjoni Koreana għarfet lill-Ministru li l-importanza taż-żjara riċenti tiegħu fil-Korea ġiet ikkonfermata mill-intervisti li sarulu f’żewġ ġurnali ewlenin Koreani ta’ kuljum The Korea Times u The Chosun Ilbo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow