Left arrow Mur Lura

JINTGĦAŻEL L-EWWEL KUMMISSARJU GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI

pr142619
Date Icon 08/11/2014

Wara li daħlu fis-seħħ l-emendi tal-att dwar it-trattament xieraq tal-Annimali, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd, u Drittijiet tal-Annimali jħabbar li r-rwol ta’ Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali se jkun qed jimtela minn Emanuel Buhagiar.

Dan hu kkunsidrat bħala impenn sinjifikanti mill-Gvern sabiex kwistjonijiet dwar il-ħarsien xieraq tal-annimali u oħrajn relatati magħhom jingħataw stat aktar għoli kif jixirqilhom.

L-irwol tal-Kummissarju l-ġdid hu stabbilit fl-artikolu 44A tal-emendi u jinkludu l-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kampanji edukattivi dwar il-protezzjoni tal-annimali; il-promozzjoni tal-konformità mal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali; titjib tal-kooperazzjoni bejn entitajiet u persuni li jiddefendu l-ħarsien xieraq tal-annimali; u l-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ kwistjonijiet li jolqtu l-ħarsien tal-annimali.

Kif provdut fl-emendi, l-Kummissarju għandu s-setgħa wkoll li jirrevedi u jinvestiga l-ħidma tal-Kunsill għat-Trattament Xieraq tal-Annimali u tad-Direttorati li jħaddmu din il-liġi. Il-ħidma tal-Uffiċju tal-Kummissarju se jibda jiġi ppubblikat kull sena.

Profil tal-Kummissarju l-Ġdid

Emanuel Buhagiar twieled il-Mosta fl-1957.

Hu ħadem fil-korp tal-pulizija għal 26 sena bħala uffiċċjal fil-Laboratorju Forensiku u fl-2009 daħal jaħdem fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Bħala parti minn dan ix-xogħol, Buhagiar ressaq każijiet quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, ifformula kwereli u ħejja rapporti għall-Qorti.

Matul dawn is-6 snin, Buhagiar ressaq aktar minn 70 każ ta’ moħqrija fuq l-annimali quddiem il-Qorti, fosthom tal-klieb ‘Star’ u ‘Gaia’ fost l-oħrajn. Hu kellu sehem kruċjali wkoll biex il-Pulizija ssolvi l-każ ta’ tislib ta’ annimali fil-Mosta.

Fl-2013, Buhagiar inħatar Segretarju tal-Kunsill għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Buhagiar rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu fl-iskejjel tal-gvern, u ggradwa b’diploma fil-liġijiet tal-proċedura mill-Universita’ ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow