Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr142617
Date Icon 08/11/2014

Ħidma tal-Protezzjoni Ċivili waqt il-maltempata tal-bieraħ


Minħabba r-riskji li ġabet il-maltempata tal-bieraħ f’pajjiżna, il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili kienet waħda intensiva , li ma waqfet xejn mill-erbgħa ta’ filgħaxija tal-bieraħ sas-sitta ta’ dalgħodu.

Il-Protezzjoni Ċivli intalbet għall-għajnuna fi tlieta u tletin okkażjoni differenti :-

- Salvataġġ ta’ tlett persuni li nqabdu fil-karozzi taghhom li kienu qed jegħrqu
- 25 siġra u wires tad-dawl li kienu qed jibblokaw toroq f’Ħal-Kirkop, Għajn Dwieli, Mosta, Paola, Mrieħel, Ħal-Għaxaq, Ħ’Attard, Burmarrad, Mistra, Wardija, Ħal-Luqa, Żejtun, Ta’ Qali, Baħrija. Msida , Pembroke, Swieqi, Marsa, Bormla , Floriana
- Nqalbet billboard li kienet qed tibbloka triq
- Żewġt idjar kienu qed jegħrqu
- Tneħħiet struttura tal-elettriku li kienet saret perikoluża
- Nar fi stabbiliment kummerċjali

Il-Protezzjoni Ċivli għadha għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex tiżgombra t-toroq minn siġar u tneħħi l-ilma mit-toroq li jinsabu mgħerqin

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow