STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI
Il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas biss huwa konxju li l-abbozz ta' liġi dwar l-identità tal-ġeneru ilu li aktar minn tmint ijiem li tressaq fil-Parlament mill-Gvern.
Wara li astejna fil-vot dwar il-liġi tal-unjoni ċivili, Simon Busuttil qal ilbieraħ waqt il-programm Dissett li l-liġi dwar l-identità tal-ġeneru għadha mhijiex ippreżentata. Kull ma jrid jagħmel, huwa li jirreferi għal dan id-dokument elettroniku - http://parlament.mt/file.aspx?f=48866 – u jsib dak li ilu fuq il-mejda tal-kamra għal iktar minn ġimgħa.
Li l-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas jaf li l-abbozz ta’ liġi dwar l-identità tal-ġeneru diġà ġie ppreżentat jingħaqad mad-dikjarazzjoni diskriminatorja tal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn, waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, staqsa jekk jeżistix il-kuraġġ li persuni LGBTI jiġu aċċettati fi ħdanu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikkonferma kemm mhuwiex kredibbli fil-qasam tad-drittijiet ċivili.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046