Left arrow Mur Lura

JIEĦU L-ĦAJJA PROĠETT B'FONDI EWROPEJ DWAR IT-TĦADDIR TAL-BJUT - IL-MINISTRU LEO BRINCAT

PR142607
Date Icon 07/11/2014

Meta kien qed iżur il-proġett tal-LifeMedGreenRoof ġewwa l-Fakultà tal-Ambjent Mibni, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li sena ilu meta kien ġie mistieden għall-inawgurazzjoni ta' dan il-proġett ġewwa ċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran kien għadu biss fiż-'żerriegħa' tiegħu.

Huwa qal li fi ftit xhur minn kunċett żviluppa f'esperiment ta' riċerka,  filwaqt li llum qed naraw li jum wara l-ieħor qed jikber f'realtà. Xi ħaġa li għandha timla lill-promoturi tiegħu fl-Università bi kburija u sodisfazzjon, filwaqt li tikkonferma kif meta użati tajjeb il-fondi Ewropej jafu litteralment jagħtu l-frott u jiftħu orizzonti ġodda. 

Huwa tenna li dan il-proġett ilaqqa' flimkien l-aqwa u l-aħjar ingredjenti ambjentali u tal-arkitettura billi f'nifs wieħed ser jilħaq għadd ta' għanijiet, Ilkoll kemm huma fejjieda u ta' bżonn - li jħaddar il-madwar, li jgħin biex ibaxxi t-temperaturi, biex jassorbi l-ilma tax-xita, biex joffri insulazzjoni xierqa, u anki biex jagħti spinta lill-biodiversità fejn wieħed l-anqas li jistennieha - saħansitra f'żoni urbani.

Il-Ministru qal li dan il-proġett kien maħsub sa mill-bidu tiegħu biex jesplora il-potenzjal tal-green roofs ġewwa pajjiżna.

“Ninsab fiduċjuż li bl-impenn u bid-dedikazzjoni muri mill-promoturi tiegħu dan huwa kunċett li għandu jirnexxi u eventwalment jinfirex fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Proġett dinamiku li ma jistax ma jiksibx l-appoġġ sħiħ tal-Ministeru tagħna minħabba fl-entużjażmu u l-ammirazzjoni li nissel fina sa mill-ewwel jiem tiegħu” temm jgħid il-Ministru Brincat.

JIEĦU L-ĦAJJA PROĠETT B'FONDI EWROPEJ DWAR IT-TĦADDIR TAL-BJUT - IL-MINISTRU LEO BRINCAT
JIEĦU L-ĦAJJA PROĠETT B'FONDI EWROPEJ DWAR IT-TĦADDIR TAL-BJUT - IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow