Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-GVERN: Id-deputat George Pullicino joħroġ b’invenzjoni biex jgħatti xturu

pr142602
Date Icon 08/11/2014

Wara li kienet żvelat kif id-deputat George Pullicino kien politikament responsabbli mill-għoti ta’ kuntratt ta’ €35 miljun, lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2013, b’dokument mhux iffirmat, minn bank li ma kienx għadu jeżisti, l-istess deputat tal-Oppożizzjoni ħareġ bi storja falza bi jgħatti xturu. 

Id-deputat tal-Oppożizzjoni qed jipprova jassoċja persuna, li għaddej proċeduri l-Qorti b’rabta ma’ serq tal-elettriku, mal-Ministru Konrad Mizzi. Il-persuna msemmija minn George Pullicino qatt ma kellha konnessjoni mal-Ministru Mizzi, la qatt kien involut fil-kampanja elettorali tal-Ministru Mizzi u lanqas biss huwa residenti fid-distrett li ġie elett minnu l-Ministru Mizzi.

George Pullicino qed jerġa’ jiġi mgiddeb minn dokument ieħor anness ma’ din l-istqarrija.

Id-dokument jikkonferma li l-persuna msemmija minn Pullicino kienet ġiet ingaġġata mal-Enemalta taħt Gvern Nazzjonalista fl-2005. Kien ukoll Gvern Nazzjonalista li ta promotion lill-istess persuna. Kien ukoll Gvern Nazzjonalista li, lejlet l-elezzjoni ġenerali, biddel il-kuntratt tal-istess persuna minn wieħed definit għal wieħed indefinit.

George Pullicino huwa l-istess deputat li fil-leġislatura li għaddiet, bħala Ministru, personalment wassal ittra lill-kumpanija tal-pannelli li tikkonferma rata għolja għax-xiri tal-elettriku. L-ewwel qal li ma kellu x’jaqsam xejn, imbagħad ipprova jwaħħal fid-Dipartiment tal-Kuntratti u fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Issa li ż-żewġ entitajiet giddbuh, u George Pullicino nqabad waħdu li kien hu responsabbli mill-immaniġjar tal-proċess tat-tender, id-deputat tal-Oppożizzjoni ivvinta allegazzjoni bla bażi biex jerġa jipprova jwaħħal il-ħażen f’ħaddieħor.

Id-deputat tal-Oppożizzjoni, bit-tama li jipprova jiskredita r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji f’Marzu li għadda u għan-negozji f’Marzu li ġej, illum reġa’ safa mgiddeb.

Dan mhux aġir ta’ min jgħid li huwa l-iktar deputat nadif.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow