Left arrow Mur Lura

IL-ĦELSIEN TA’ ŻEWĠ FKIEREN TAL-BAĦAR DALGĦODU FIL-BAJJA TAL-ĠNEJNA:

PR142599
Date Icon 06/11/2014

Impenn bil-fatti favur it-tkabbir u t-tisħiħ tal-ħarsien u l-konservazzjoni tan-natura – Il-Ministru Leo Brincat

Meta kien qed jattendi attività organizzata minn-Nature Trust (Malta), il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li l-okkażjoni tal-lum dwar żewġ fkieren li għadhom kif ingħataw il-kura li kien jixirqilhom, hija ferm aktar minn ċelebrazzjoni ferrieħa iżda hija wkoll okkażjoni ta’ għarfien dwar l-importanza tal-konservazzjoni u l-ħarsien tan-natura kif ukoll dwar l-importanza li nqajmu kuxjenza nazzjonali dwar dan kollu.

Huwa qal li meta  nitkellmu fuq il-bijodiversità ma nkunux qed nitkellmu b’mod astratt, iżda dwar dak kollu li għandu l-ħajja fid-dinja ta’ madwarna – inklużi speċi bħal dawn li qed jferrħu tant nies illum.

Filwaqt li sellem lill dawk li tant qed juru impenn biex iħarsu u jikkuraw fkieren tal-baħar ta’ dan it-tip, huwa appella biex tissaħħaħ ir-riċerka dwar dan is-suġġett ħalli titkabbar u tissaħħaħ l-konservazzjoni tagħhom.

Huwa qal li ma rridux ninsew li hemm obbligi saħansitra legali għall-ħarsien tagħhom, aktar u aktar sabiex ikomplu jimpenjaw ruħhom biex speċi simili ma jinqerdux.

“It-trattat tac-CITES jibqa’ wieħed mill-aqwa trattati internazzjonali li jirregola kull tip ta’ speċi ta’ wildlife minkejja li llum għaddew minn fuqu aktar minn 40 sena” temm jgħid il-Ministru Brincat.

Għal din l-attività li kienet immexxija mill-ogħla uffiċjali tan-Nature Trust (Malta) u l-Eko Skola mmexxija mill-President is-Sur Vince Attard, attendew ukoll l-Eċċellenza Tagħha l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti, Gina K Abercrombie-Winstanley, u s-Sindku tal-Imġarr.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow