Left arrow Go Back

TNAQQIS FIT-TAXXA GĦALL-KUMPANIJI LI JAĦGMLU DONAZZJONIJIET LILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr142595mt
Date Icon 05/11/2014

Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern sabiex jinkoraġixxi aktar donazzjonijiet minn intrapriżi, donazjonijiet li jsiru minn kumpaniji lill-Malta Community  Chest Fund se jkunu tax deductible.

Dan it-tnaqqis fit-taxxa kien imħabbar mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna, l-Erbgħa 5 ta’ Novembru 2014.

Filwaqt li kien qed iħabbar din it-tnaqqis fit-taxxa, il-Ministru għall-Finanzi spjega li din il-miżura se tkun parti mill-baġit li ġej, iżda qed titħabbar qabel iż-żmien sabiex l-kumpaniji lokali jkollhom iż-żmien biex jippjanaw għall-ġejjieni.

Din il-miżura se tagħti l-opportunità lill-kumpaniji li jagħmlu donazzjonijiet ta’ €2,000 jew aktar lill-MCCF u jiddikjaraw nofs l-ammont donat bħala expense.

“Il-Ministeru għall-Finanzi jagħraf l-assistenza li qed tingħata b’mod voluntarju mill-Maltin u l-Għawdxin kollha, kif ukoll minn dawk l-NGOs li jiddedikaw il-ħin u l-enerġija tagħhom sabiex jipprovdu servizzi filantropiċi lill-pajjiż. F’dan ir-rigward, il-Malta Community Chest Fund għandha rwol essenzjali,” qal Prof. Scicluna.

“Hu għalhekk li l-Gvern irid jinkoraġġixxi li dan il-Fond jikber permezz ta’ inċentivi mmirati, u hu għalhekk li qed inħabbru din il-miżura llum. Permezz ta’ din il-miżura, qed ninkoraġġixxu kultura li diġà teżisti f’bosta pajjiżi oħra, fejn il-Gvern jinċentiva donazzjonijiet u tipi ta’ attivitajiet filantropiċi oħra, speċjalment fost l-intrapriżi,” qal Prof. Scicluna.

“Nafu sew li l-familji jagħtu kemm jifilħu, iżda meta niġu għall-intrapriżi u l-kumpaniji, il-prinċipju tar-responsabbiltà soċjali tippermettilhom jagħmlu ferm aktar,” innota l-Prof. Scicluna. “Aħna qed inħarsu ‘l quddiem sabiex naraw kif taħdem il-miżura u l-impatt tagħha, bit-tama li nkunu nistgħu nespanduha aktar. Għalissa, nistennew u nosservaw l-andament tagħha.”

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, lill-kabinett u lill-Gvern, għal din l-inizjattiva biex il-pajjiż jirrikonoxxi lil min jerfa’ r-responsabbiltà soċjali.  Il-President qalet li din l-inizjattiva hija aħbar tajba għal dawk li huma vulnerabbli, hekk kif il-vulnerabbiltà tiġi mill-mard, u li ċerta inċidenza ta’ mard hija marbuta ma’ status soċjali. 

Il-President rringrazzjat lill-Ministru Scicluna għaliex b’din l-inizjattiva aktar kumpaniji u entitajiet kummerċjali jerfgħu r-responsabbiltà soċjali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow