Left arrow Mur Lura

​IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU, EDWARD ZAMMIT LEWIS JATTENDI GĦALL-WAĦDA MILL-AKBAR FIERI FIL-QASAM TAT-TURIŻMU FIR-RENJU UNIT - WORLD TRAVEL MARKET

PR142594
Date Icon 05/11/2014

Ottimiżmu qawwi mill-operaturi turistiċi għas-sena d-dieħla.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, jinsab Londra fir-Renju Unit, fejn qiegħed jattendi għal dak li hu meqjus bħala l-aktar avveniment importanti fis-settur tat-turiżmu fir-Renju Unit; World Travel Market.

Il-Ministru għat-Turiżmu Zammit Lewis qiegħed ikollu diversi laqgħat ma’ operaturi li diġà joperaw lejn Malta u oħrajn prospettivi. F’dawn il-laqgħat mal-operaturi, il-Ministru qiegħed jiddiskuti l-prodott turistiku Malti kif serva lil dawk li żaru l-gżejjer Maltin fix-xhur li għaddew, kif ukoll diversi proposti mingħand l-istess operaturi ta’ fejn u kif nistgħu ntejbu l-prodott turistiku tagħna. Il-Ministru għat-Turiżmu kellu wkoll serje ta' laqgħat ma’ kumpaniji tal-ajru. Ma’ dawn ġiet diskussa l-possibiltà ta' rotot ġodda lejn pajjiżna, biex titkattar il-konnettività.

Edward Zammit Lewis, wera s-sodisfazzjon mal-operaturi kollha għall-ħidma kbira li twettqet biex din is-sena żaruna l-akbar numru ta’ turisti li qatt ra pajiżna s’issa. Dan saħansitra wassal biex pajjiżna eċċeda l-figuri mbassra mill-Organizzazzjoni Dinjija għat-Turiżmu (UNWTO). Il-Ministru kien qiegħed jirreferi għall-istatistika maħruġa riċenti mill-istess UNWTO, fejn filwaqt li ġiet rreġistrata żieda ta' 8% fin-numru ta' turisti li żaru n-Nofsinhar tal-Ewropa u r-reġjun tal-Mediterran, f'Malta fil-fatt irriżulta li waslu 9.4% aktar matul l-istess perjodu.

Sew l-operaturi tal-ivjaġġar kif ukoll tal-ajru qegħdin iħarsu lejn ix-xhur u s-sena d-dieħla b'ottimiżmu kbir, li mhux biss jinżammu dawn il-figuri, iżda wkoll li jkunu f'pożizzjoni li jerġgħu jirreġistraw żidiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow