STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Huwa ironiku li l-Oppożizzjoni llum qed tipprova tagħti lezzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-familji vulnerabbli meta sa dsatax-il xahar ilu kienet f’pożizzjoni li taġixxi u ddeċidiet li tgħolli bil-qalb il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-ogħla livelli fl-istorja ta’ pajjiżna u saħansitra tibda tintaxxa lill-persuni li għandhom paga minima.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata dalgħodu, id-deputat Clyde Puli baqa' sieket dwar l-istatistika li ħarġet ilbieraħ il-Eurostat dwar il-faqar f’pajjiżna. Il-fatti juru li bejn l-2008 u l-2013, jiġifieri l-aħħar ħames snin ta’ amministrazzjoni preċedenti, il-faqar għola minn għoxrin fil-mija għal erbgħa u għoxrin fil-mija.
Jiġifieri, fil-leġiżlatura li għaddiet biss, il-persuni f’riskju ta’ faqar żdiedu minn tmenin elf għal mitt elf, żieda ta’ għoxrin elf persuna fiż-żmien meta l-Gvern preċedenti kien jgħid li l-faqar huwa biss perċezzjoni.
Dan il-Gvern huwa kommess li jirrikonoxxi r-realtà tas-sitwazzjoni preżenti u jindirizzaha billi jieħu miżuri favur it-tisħiħ tal-ekonomija u l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet li jgħinu lill-familji tagħna jgħixu ħajja aħjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046