YOU(TH) HELP: PROĠETT INNOVATTIV F’MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius iltaqa’ ma’ dawk involuti fil-You(th) Help project: Proġett ta’ Erasmus+ li għalih ingħaqdu flimkien youth workers li ġejjin mir-Renju Unit, l-Olanda u r-Rumanija u ovvajment pajjiżna permezz ta’ Aġenzija Żgħażagħ. Għal dan il-proġett kien allokati madwar €150,000 ta’ fondi Ewropej.
You(th) Help huwa proġett pilota mmirat għal dawk il-youth workers li qed ifittxu li jaħdmu maż-żgħażagħ fil-komunita'. Dan il-proġett, li qed ikun ikkoordinat minn Aġenzija Żgħażagħ, identifika Paceville u l-Cottonera bħala l-lokalitajiet li fihom ser isir dan id-detached professional youth work, fejn il-youth workers jiltaqgħu maż-żgħażagħ fil-komunitajiet tagħhom.
L-għan tal-proġett huwa sabiex il-youth workers jaħdmu ma’ dawn iż-żgħażagħ bogħod mill-istruttura riġida u tradizzjonali bħall-youth centres. You(th) Help jenfasizza l-premessa li dawk iż-żgħażagħ li ma jifformawx parti minn youth group jew xi organizzazzjoni oħra simili xorta jkollhom aċċess għal gwida professjonali. Dan huwa proġett kemxejn innovattiv għal gżiritna fejn il-youth worker jimraħ biex ikun hu li jfittex liż-żgħażagħ flok jistenna li jkunu huma li jirrikorru għas-servizz.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046