JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 9 TA' NOVEMBRU, 2014
pr142587
05/11/2014
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 9 ta' Novembru, 2014.
Għall-okkażjoni se jkun hemm quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Din se tkun immexxija mill-E.T. Monisinjur Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku u tibda fid-9.15 ta’ filgħodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta tispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma organizazzjonijiet oħra.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046