Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-KAMPANJA ‘CHILDREN’S DREAMS’

PR142582
Date Icon 04/11/2014

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal illi l-kampanja ‘Children’s Dreams’ li qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, hija proġett illi se jservi biex iferraħ lil dawk it-tfal li qed jaffaċċjaw problemi soċjali.

Michael Farrugia spjega kif permezz ta’ dan il-proġett se tingħata l-opportunità lin-nies sabiex jgħinu lil ġenituri ta’ dawn it-tfal iwettqu il-ħolma ta’ uliedhom.

L-inizjattiva ‘Children’s Dreams’ qed taħdem permezz tal-website www.childrendreams.org fejn persuna li tixtieq tgħin tista tidħol fil-website, tara ix-xewqat ta’ tfal u tħalli d-dettalji tagħha.

Il-Ministru Farrugia qal illi dawn id-dettalji se jgħaddu biss għand is-social worker, b’mod kunfidenzjali, li tkun qed tieħu ħsieb lil dik it-tifla jew tifel partikolari.

Huwa spjega illi s-social worker imbaghad tagħmel kuntatt mal-persuna biex isiru l-arranġamenti neċessarji fejn ir-rigal parikolari jittieħed l-Aġenzija Appoġġ biex wara jintbagħat għand il-ġenituri sabiex jagħtuh lil uliedhom fil-Milied.

Michael Farrugia qal illi is-sena li għaddiet kien hemm madwar mitt talba filwaqt li din is-sena it-talbiet telgħu ghal ftit aktar minn tliet mija.

Il-Ministru Farrugia temm jgħid illi biex il-ħolm ta’ dawn it-tfal isir realtà, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv mingħand is-soċjetà kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow