STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
PR142573
03/11/2014
L-Oppożizzjoni Kontra Kontabbiltà u Serjetà Ikbar fit-Tmexxija tal-Korp tal-Pulizija
Il-Performance Agreement għall-ogħla uffiċjali tal-pulizija huwa mezz ċar ta’ kif iddaħħal kontabbiltà, effiċjenza u trasparenza ikbar fit-tmexxija tal-Korp.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni jidher li jaqbel ma’ sistema li ladarba persuna jingħata grad, iġorr dak il-grad għal għomru. Dan ifisser li l-Oppożizzjoni hija kontra li tiddaħħal iktar serjetà u kontabbiltà fl-għażla ta’ uffiċjali għolja fil-Korp tal-Pulizija.
Performance Agreementjeżisti fl-istrutturi tal-Gvern kollha u jagħmel mezz li kull uffiċjal jilħaq il-livelli ta’ performance mitluba minnu/minnha. Din hija l-kontabbiltà li wieħed jistenna fit-tmexxija ta’ strutturi governattivi moderni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046