Left arrow Mur Lura

​XAHAR IEĦOR REKORD GĦAT-TURIŻMU F’PAJJIŻNA

PR142567
Date Icon 03/11/2014

Settembru l-għadda kien l-aqwa Settembru ta’ kull żmien f’wasliet, fl-iljieli mqattgħin u fl-infiq li sar mit-turisti f’pajjizna.q li sar mit-turisti f’pajjizna.

Ix-xahar ta’ Settembru 2014 irreġistra ċifri rekord fil-wasliet, fl-iljieli mqattgħin u fl-infiq mit-turisti, meta mqabbel mal-istess xahar anke ta’ snin qabel ir-riċessjoni ekonomika u finanzjarja fl-Ewropa.  Skont ċifri ppubblikati dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Settembru li għadda waslu ’l fuq minn 193 elf turist f’Malta li tfisser żieda ta’ 9.3% meta kkomparat ma Settembru 2013.

L-iljieli mqattgħin minn dawn it-turisti laħqu kważi 1.6 miljuni, li wasslu għal tkabbir ta’ aktar minn 6% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.  L-infiq tat-turisti f’dan ix-xahar imsemmi laħaq iċ-ċifra ta’ €186.3 miljuni li ssarraf f’żieda ta’ kważi 7% fuq Settembru tal-2013.

Ġiet irreġistrata żieda fenominali fil-passiġġieri tal-cruiseliners li qattgħu lejl f’Malta f’Settembru li għadda, meta mqabbel ma’ Settembru tas-sena l-oħra n-numru ta’ dawn it-turisti żdied bi 17-il darba aktar.

Bejn Jannar u Settembru, in-numru ta’ wasliet minn turisti barra l-Unjoni Ewropea żdied meta kkomparat mal-istess xhur tas-sena 2013.  Dan jista’ jingħad ukoll għan-numru ta’ ljieli mqatta’ u għall-infiq.  Fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena t-turisti Amerikani li żaru Malta żdiedu b’14% filwaqt li l-iljieli mqattgħin u l-infiq ta’ dawn it-turisti żdiedu b’10% u b’9% rispettivament meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis laqa’ bi pjaċir dawn iċ-ċifri pożittivi ferm u tassew inkoraġġanti li qed jirreġistra pajjiżna xahar wara xahar fis-settur turistiku. Il-Ministru jinnota li Settembru li għadda kien l-aqwa Settembru ta’ kull żmien f’ċifri rreġistrati kemm f’wasliet, fl-iljieli mqattgħin u kemm fl-infiq.  In-numru ta’ turisti li żaru Malta kiber b’45% fi żmien għaxar snin.

Wara sena u nofs ta’ Gvern Ġdid, ir-riżultati bdew jidhru u jinħassu.  Fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, il-medja fil-wasliet tat-turisti fix-xahar ta’ Settembru kien ta’ 147,500 filwaqt li taħt Gvern ġdid Laburista l-medja ta’ wasliet f’Settembru kienet ta’ ’l fuq minn 184,600 turist. Dan ifisser tkabbir ta’ 25% fuq il-medja rreġistrata taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Dan huwa ċertifikat ta’ kemm pajjiżna llum huwa aħjar milli kien sena u nofs ilu u konferma għar-riżultati pożittivi li qed jirreġistra pajjiżna fil-ħolqien tax-xogħol u fit-tkabbir ekonomiku li fl-aħħar mill-aħħar qed igawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin, temm jgħid il-Ministru Zammit Lewis.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow