Left arrow Mur Lura

​IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, JINAWGURA ĠNIEN PATRI ĠWANN FRENDO, FIL-PIETA’

PR142565
Date Icon 03/11/2014

Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, flimkien mas-Sindku s-Sur Keith Tanti, inawgura ġnien Patri Gwann Frendo, fil-Pieta’.  Dan il-ġnien ġie inawgurat mill-ġdid wara li fih saru diversi xogħolijiet ta’ immodernizzar u tisbieħ.  Dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-Urban Improvement Fund (UIF) fi ħdan il-MEPA.

F’diskors qasir waqt din iċ-ċerimonja, fil-preżenza tas-Sindku Keith Tanti u diversi kunsilliera, l-Avukat Falzon qal li l-Kunsill kien qed ikollu diversi talbiet mir-residenti sabiex dan il-ġnien jiġi rranġat.  Għalhekk, il-Kunsill, għamel xogħolijiet estensivi biex dan il-ġnien, li huwa mfittex ħafna mir-residenti, ġie rinovat.  F’dan il-ġnien sar equipment mill-aktar modern, dawl ġdid, mini-pitch tal-football, ġiet installata cctv u ser ikun hemm ukoll aċċess b’xejn għal WIFI.

Dan kollu sar b’koperazzjoni sħiħa mal-MEPA li kkontribwiet finanzjarjament sabiex dan ix-xogħol kollu seta’ jsir.

L-Avukat Michael Falzon għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha nvoluti f’dan il-proġett, speċjalment lill-ħaddiema tal-Kunsill, li ħadmu bla heda  u volontarjament biex dan ix-xogħol seta’ jkun possibbli.  Huwa awgura li jkun hawn ħafna inizzjattivi oħra ta’ din ix-xorta fil-futur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow