ID-DEPUTAT GEORGE PULLICINO INQABAD WAĦDU
Wieħed jista’ jifhem ir-reazzjoni panikuża tad-deputat tal-Oppożizzjoni George Pullicino wara li nkixef il-mod skandaluż li bih ingħata kuntratt ta’ ħamsa u tletin miljun ewro taħt ir-responsabbilità politika tiegħu.
Kulħadd jiftakar kif ftit tal-jiem ilu, malli ġie żvelat dan il-każ, id-deputat Pullicino qal pubblikament, u iktar minn darba, li qatt ma kellu x’jaqsam xejn u pprova jwaħħal fid-Dipartiment tal-Kuntratti u fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.
Iżda lbieraħ il-Ministru Konrad Mizzi ppublika dikjarazzjonijiet iffimati miż-żewġ entitajiet li jikkonfermaw li l-immaniġjar tal-proċess kollu kien f’idejn il-Ministeru li kien imexxi George Pullicino. Id-deputat tal-Oppożizzjoni tgiddeb għal darba, darbtejn fuq dan il-każ.
George Pullicino għadu jrid jispjega kif dan it-tender, li ngħata lejliet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, jinkludi fih dokument mhux iffirmat minn bank li ma kienx għadu jeżisti. Irid jispjega wkoll għaliex personalment wassal ittra lil din il-kumpanija li tikkonferma rata għolja għax-xiri tal-elettriku li kienet se tfisser iktar spejjeż fuq il-familji u n-negozji.
Dan mhux aġir ta’ min jgħid li huwa l-iktar deputat nadif. George Pullicino nqabad waħdu.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046