Left arrow Go Back

RIŻULTATI LI QED IĦALLU D-DIFFERENZA FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX – CHRIS FEARNE

pr142557
Date Icon 01/11/2014

“Ir-riżultati  fil-qasam tas-saħħa, qed iħallu wkoll id-differenza fil-ħajja tal-familji Għawdxin”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne waqt laqgħa mat-tmexxija maniġerjali tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġiet diskussa il-ħidma fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex f’dawn l-aħħar xhur, li rreġistra titjib kemm fis-servizzi ġodda u dawk stabbiliti. 

Fil-fatt, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien hemm żieda ta’ 10% fl-operazzjonijiet li saru meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan wassal għal total ta’ 2,211-il operazzjoni li tfisser żieda tal-fuq minn 200-il operazzjoni aktar mis-sena 2013. L-aktar setturi prominenti li fihom kienet immarkata żieda kienu, fil-qasam tal-Endoskopija li rreġistra żieda ta’ 150 operazzjoni, il-Colo-Rectoral Screening Programme li rreġistra żieda ta’ 70 intervent u l-ENT li din is-sena rat żieda ta’ 40 operazzjoni.

Chris Fearne feraħ lit-tmexxija ta’ dan l-isptar għal din il-ħidma effettiva u rrimarka r-riżultati li nkisbu fis-servizzi ġodda li ddaħħlu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex  f’dawn l-aħħar xhur. Fosthom:

-          Id-Day Care Unit, fejn s’issa diġà bbenefikaw mis-servizzi tagħha aktar minn 750 pazjent;

-          Is-servizz tal-kimoterapija f’Għawdex,  li gawda minnu madwar 60 pazjent u fiż-żmien li ġej dan ser ikun estiż biex jibda jinkludi wkoll il-qasam tal-prostata;

-          Il-ftuħ tal-pain clinic, is-servizzi ġodda fir-rheumotology u  teknoloġija ġdida fil-qasam tal-kolonoskopija virtwali, fejn 112 il-pazjent diġà gawdew minn CT scan li joħroġ ritratt 3D dettaljat tal-musrana l-kbira mingħajr il-ħtieġa ta' proċedura invasiva fil-pazjent.

“Dawn ir-riżultati juru l-bżulija tagħna biex il-pazjent Għawdxi jingħata kura tal-ogħla livell f’Għawdex stess”, stqarr Chris Fearne, filwaqt li nnota li dawn ir-riżultati pożittivi kienu possibbli li jinkisbu grazzi għall-investiment fir-riżors uman li wassal biex jiżdiedu l-ħinijiet li fihom isiru l-operazzjonijiet, li  jibda jitħaddem it-tielet teatru tal-operazzjonijiet u wassal ukoll biex jiġu estiżi s-servizzi offruti speċjalment dawk fl-outpatients bħad-dermatoloġija, kardjoloġija, kirurġija ġenerika, oftalmoloġija u ortopedija.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa wera rringrazzjament tiegħu lejn il-ħaddiema kollha tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex għad-dedikazzjoni tagħhom biex il-pazjent Għawdxi jingħata l-aħjar servizz possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow