Left arrow Mur Lura

ALLOKATI FONDI EWROPEJ GĦAR-RESTAWR TAL-CASINO NOTABILE

pr142554
Date Icon 01/11/2014

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Casino Notabile, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr Ian Borg ħabbar li x-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Casino Notabile se jibdew daqt. Dan ix-xogħol se jkun possibbli permezz ta’ allokazzjoni ta’ madwar €400,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex din il-ġawra arkitettonika fl-entrata tal-Imdina tkompli tikkumplimenta x-xogħol ta’ restawr li sar u li qed isir fuq l-iswar tal-istess belt.

Dr Borg saħaq kif matul is-snin kien hemm diversi proposti dwar kif il-Casino Notabile għandu jiġi riġenerat, b’diversi persuni u entitajiet jaqsmu l-ħsieb tagħhom dwar għalxiex għandu jibda jintuża. Imma minħabba l-problemi li hemm fl-istruttura attwali tiegħu, l-ideat ta’ dawn in-nies s’issa qatt ma setgħu jigu materjalizzati.

B’dan l-investiment, tenna s-Segretarju Parlamentari, il-Gvern qiegħed jisma’ liċ-ċittadini u fl-aħħar wara ħafna stennija dan il-wirt arkittetoniku se jkun restawrat kif jixraqlu post bħal dan.

Is-Sindku tal-Imdina Peter dei Conti Sant Manduca żied billi esprima s-sodisfazzjon tiegħu li, wara stennija twila li ilha numru ta snin, dan il-proġett sa fl-aħħar se jsib il-finazjament neċessarju mill-Gvern ċentrali sabiex din il-binja storika terġa’ tingħata l-ħajja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow