Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TILTAQA’ MA’ SINDKI U KUNSILLIERA B’RABTA MAL-ISTRINA B’RISQ L-MCCF

pr142553
Date Icon 01/11/2014

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqqgħat lis-Sindki u Kunsilliera ta’ Malta fejn ħeġġithom jagħtu sehmhom bis-sħiħ, permezz tal-komunitajiet li jirrapreżentaw, għall-attivitajiet tal-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta spjegat kif il-Malta Community Chest Fund, l-unika Fond Nazzjonali li jassisti verament lil Maltin li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet iebsa bħal mard u anki sitwazzjonijiet ta’ faqar, mhux se jkun qed ilaħħaq mad-domanda ta’ mijiet kbar ta’ Maltin li jirrikorru għall-għajnuna, jekk il-Fond mhux se jikber. 

Il-President ta’ Malta qalet li tinsab fiduċjuża li l-Maltin mil-lokalitajiet rispettivi tagħhom, rrapreżentati mill-gvernijiet lokali, jifhmu u jħossu r-realtajiet tal-Malta Community Chest Fund u l-bżonn li nuru solidarjetà b’saħħitha f’mumenti iebsa bħal ma huma sitwazzjonijiet ta’ mard.  

Hija spjegat kif il-Malta Community Chest Fund qed taffaċċja realtajiet ta’ mard bħal kanċer, li l-kura tiegħu żdiedet iżda din iġġorr magħha spejjeż kbar u għalhekk il-fond tal-MCCF irid jissoda u jitkabbar biex l-appoġġ ikun wiehed sħiħ. Hija qalet li bħala President ma tridx li jkollha sitwazzjoni fejn ikollha tirrifjuta milli tagħti għajnuna minħabba l-limiti ta’ dan il-Fond Nazzjonali u għalhekk temmen li bl-entużjażmu u l-fehma tal-Maltin għal bżonn ta’ tisħiħ fis-solidarjetà, dan il-Fond verament jista’ jikber u jissaħħah.

Waqt il-laqgħa kienu bosta sindki u kunsilliera li rrispondew b’mod pożittiv għall-appell tal-President u tkellmu fuq attivitajiet li mistennija jorganizzaw b’risq il-Malta Community Chest fil-lokalitajiet tagħhom.

Il-laqgħa ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo u mill-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Gvernijiet Lokali David Agius, li lkoll wegħdu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-appell tal-President biex il-ħidma fil-lokalitajiet b’risq l-MCCF tissaħħaħ. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo spjega l-bżonn ta’ ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà ma’ min hu vulnerabbli u li meta komunità tesperjenza din l-għaqda f’appoġġ għal għan wieħed, is-sodisfazzjon ikun kbir ħafna. Il-Kelliem għall-Oppożizzjoni David Agius qal li hija realtà li fejn ikun hemm il-mard, fosthom dak tal-kanċer, tista’ tkun min tkun, għax l-appoġġ sew morali u dak finanzjarju se jkun hemm bżonnu minħabba li l-ispejjeż tal-kura huma kbar ħafna. Huwa sostna li għalhekk hemm bżonn li l-appell tal-President jinstema’, jinftiehem u li ssir ħidma ikbar b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow