Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR142549
Date Icon 31/10/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo indirizza l-ħames konferenza organizzata mill-Mental Health Association Gozo, bl-isem L-istress – tirbħu jew jirbħek? Diversi professjonisti indirizzaw din il-konferenza fejn tkellmu dwar l-istress psikoloġiku, emozzjonali u soċjali.  L-istress jista’ jolqot kemm il-kbar kif ukoll liż-żgħar, għalhekk huwa ferm importanti li jkun hawn għarfien biżżejjed dwar is-saħħa mentali.

Il-Ministru Refalo qal li fil-ħajja mgħaġġla ta’ llum, hemm min isib ruħu f’diffikultà biex jegħleb l-istress. Anke t-tfal huma esposti għall-istress.  “Għalhekk tajjeb li bħala ġenituri nkunu kapaċi ngħinu lil uliedna, u dan nistgħu nagħmluh biss bl-għajnuna u l-għarfien neċessarju” tenna l-Ministru. 

L-għarfien jgħin biex persuna tkun kapaċi tagħraf is-sintomi relatati mal-istress li jista’ jibdel il-mod kif persuna taħseb, taġixxi, u l-emozzjonijiet tagħha. Huwa ferm importanti li jkun hemm kommunikazzjoni tajba bejn il-ġenituri u t-tfal u fuq kollox il-ġenituri għandhom isibu ħin għal uliedhom, jisimgħu x’għandhom jgħidu u jgħinuhom iħarsu lejn il-ħajja b’mod iktar pożittiv.

Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-organizazzjoni għall-impenn u x-xogħol ta’ fejda li qed tagħmel. Anton Refalo tenna li l-Gvern huwa impenjat biex jgħin liċ-ċittadini jgħixu ħajja aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow