Left arrow Go Back

IR-RIĠENERAZZJONI TAL-PIXXINA NAZZJONALI TAL-QROQQ

PR142547
Date Icon 31/10/2014

Wara snin ta’ stennija kien iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Aquatic Sport Association (ASA) fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius.  Il-ftehim fost l-oħrajn jinkludi fih klawsoli dwar użu garantit tal-pixxina nazzjonali, saħħa li jikkordinaw mal-klabbs, clubhouses għall-klabbs li huma parti mill-ASA u użu ta’ boardroom fost l-oħrajn.

Waqt l-istess konferenza ngħataw wkoll dettalji dwar ix-xogħol ta’ manutenzjoni li għaddej fil-pixxina biex din tkun riġenerata wara li tħalliet f’sitwazzjoni mwiegħra.  ‘Il-pixxina nazzjonali tal-Qroqq m’għandhiex tibqa’ l-pjaga finanzjarja tal-isport Malti imma ssir l-qalba’.  Dan qalu r-rappreżentant tal-KMS Mark Cutajar li spjega kif ix-xogħol li qed isir fil-pixxina seta’ jseħħ biss permezz ta’ sforz kollettiv minn dawk kollha kkonċernati.  Fost l-oħrajn, kompla Cutajar, saru t-testijiet neċessarji fuq il-binja tal-kumpless innifsu, se jinbidlu hand railings, l-istarting blocks, tibdil ta’ aperturi u użu ta’ dawl aktar sostenibbli.  

Indirizza wkoll il-konferenza tal-aħbarijiet iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil, li spjega kif l-isport tal-għawm jikkontribwixxi ferm fit-turiżmu sportiv f’pajjiżna.  Huwa kompla jgħid li l-KMS għandu skema speċifika li tindirizza dan il-għan, però din se tkun mogħtija libsa ġdida fil-jiem li ġejjin.  Busuttil qal kif s’issa (fl-2014) kienu 29 l-entitajiet sportivi u 39 l-avvenimenti internazzjonali li kienu ospitati f’pajjiżna  li bbenefikaw minn din l-iskema.  Dawn sarrfu f’68,400 bednight li hi ċifra kbira meta mqabbla mal-miljun turist li hu stmat li waslu f’pajjiżna sa issa.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega kif ir-riġenerazzjoni tal-pixxina kienet minn dejjem fuq l-aġenda tal-Gvern tant li hi mniżżla wkoll fil-manifest elettorali.  Huwa b’impenn u għaqal li dan il-Gvern qed ikompli jilħaq il-miri li għandu. Chris Agius spjega kif inġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex il-pixxina jkollha 2 pompi tas-sħana għall-pool u anke għad-dive pool, sistema ta’ arja kkundizzjonata VRF, Solar Collectors u Pool Covers biex tkun waħda aktar sostenibbli.

Il-Gvern jifhem li din il-pixxina qed tintuża fil-massimu tagħha. Kien għalhekk li ftit tal-jiem ilu kien iffirmat kuntratt mal-klabb ta’ Neptunes li fost il-klawsoli jgħid li ċerti sessjonijiet isiru fil-pixxina tagħhom sabiex il-punt ta’ saturazzjoni li laħqet il-pixxina nazzjonali jkun dilwit bejn tnejn. Chris Agius għalaq l-intervent tiegħu billi spjega li wegħda elettorali oħra hi dik li jkun hawn pixxina msaqqfa u li din hija mira oħra li se jkun qed jaħdem fuqha fil-futur qrib.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm delegazzjoni mill-ASA immexxija mill-President Joe Caruana Curran u diretturi fil-Bord tal-KMS.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow