Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

PR142542
Date Icon 31/10/2014

Il-Eurostat iktar kmieni llum ikkonfermat kif il-qgħad f’Malta u Għawdex kompla jinżel hekk kif numru ta’ miżuri fl-aħħar xhur qed jibdew iħallu l-effett tagħhom.

F’Settembru tas-sena l-oħra l-qgħad f’pajjiżna kien ta’ 6.5%, iżda f’Settembru 2014 dan niżel għal 5.8%. Fost iż-żgħażagħ, ir-rata niżlet minn 12.9% għal 12.2% meta kkomparat mas-sena l-oħra.

Ir-rata  ta’ 5.8% hija waħda importanti għax hija l-inqas rata ta’ qgħad li qatt irreġistra pajjiżna.  Il-bażi ta’ dawn in-numri promettenti ħafna għall-ekonomija hija li iktar nisa qegħdin joħorġu jaħdmu, kif turi biċ-ċar l-istatistika tal-Eurostat. Komparat mas-sena l-oħra, ir-rata ta’ qgħad fost in-nisa niżlet għal 5.6% minn 6.2%.

Dan huwa frott ta’ numru ta’ miżuri bħal childcare b’xejn, breakfast clubs, tnaqqis tat-taxxi u inċentivi fiskali oħra. Il-miżuri waħedhom għenu biex iktar nisa jtejbu l-ħiliet tagħhom, ikomplu l-edukazzjoni u jsibu xogħol. 

Ir-rati ta’ nisa fuq livell terzjarju f’Malta huwa wieħed għoli u importanti li dan l-potenzjal ta’ pajjiżna ma jintilifx.
Permezz ta’ dawn l-miżuri favur l-familja, il-Gvern qed jagħmel il-ħajja iżjed faċli u flessibbli għal min irid jaħdem u dan il-potenzjal li qabel kien jintilef, issa qed narawh jissarraf.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow