Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦAT MAL-FOND NAZZJONALI TA' INVESTIMENT TA' SINGAPORE

pr142540
Date Icon 31/10/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa maċ-Chairman ta' Temasek Holdings, li hija l-Fond Nazzjonali ta' Investiment tal-Gvern ta' Singapore u li magħha ġew diskussi numru ta' oqsma fejn jista' jkun hemm koperazzjoni bejn il-Gvern ta' Singapore u Malta, kemm b'mod bilaterali u anke b'mod kummerċjali.

Il-kumpanija tal-investiment ta' Singapore Temasek tikkontrolla portafoll ta' €140 biljun u għandha investimenti f'Singapore u madwar l-Asja, filwaqt li issa bdiet tespandi f'kontinenti oħra. Temasek tħaddem madwar 500 persuna f'madwar 11-il uffiċċju li għandha b'mod globali.

Il-laqgħa saret maċ-Chairman ta' Temasek, Lim Boon Heng, il-Kap tal-Istrateġija u l-Affarijiet Pubbliċi Cheo Hock Quan u Direttur Manigerjali Gary Ang.

Il-Prim Ministru kellu laqgħa wkoll maċ-Chairman ta' International Enterprise Singapore Seah Moon Ming, l-aġenzija tal-Gvern ta' Singapore li tippromwovi l-investiment minn kumpaniji ta' Singapore barra l-pajjiż, fejn ġew diskussi prospetti għal kumpaniji ta' Singapore f'Malta u l-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow