IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU TA' SINGAPORE
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mal-Prim Ministru ta' Singapore Lee Hsien Loong f’Singapore.
Waqt il-laqgħa ġew diskussi temi relatati mal-enerġija, il-qasam tas-saħħa u l-Commonwealth.
Joseph Muscat qal li l-qasam tal-enerġija huwa prijorità għal Malta u spjega l-viżjoni tal-Gvern Malti li jagħmel minn pajjiżna hub tal-enerġija. Huwa qal l-Ewropa qed tħares lejn sorsi diversi minn fejn iġġib l-enerġija biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ftit pajjiżi biex tikseb provvista ta' gass.
Dr Muscat tkellem ukoll dwar possibiltajiet ta' kollaborazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet fil-qasam tas-saħħa.
Il-Prim Ministru tenna l-istedina tiegħu biex il-Prim Ministru Loong jattendi għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Commonwealth li se ssir f’Malta s-sena d-dieħla.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru ta' Singapore qal li jeżistu similaritajiet bejn Malta u Singapore filwaqt li qal li jemmen li hemm oqsma fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw. Huwa qal li pajjiżu se jkun qed jiċċelebra l-50 sena Indipendenza s-sena d-dieħla filwaqt li feraħ lill-poplu Malti li qed jiċċelebra l-50 sena mill-Indipendenza din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046