Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI

PR142520
Date Icon 29/10/2014

Qed issir referenza għal diversi rapporti li dehru fil-media lokali rigward sfruttar ta’ impjegati mill-ażjenda Leisure Clothing Ltd.

Dan il-każ imur lura għall-2007 fejn wara investigazzjonijiet li kienu saru mid-Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER), ma kienu irriżultaw ebda irregolaritajiet.

Matul din is-sena, id-Dipartiment responsabbli għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali investiga każijiet relatati ma’ allegat abbuż fil-konfront ta’ ħaddiema u  filfatt, wara investigazzjonijiet, id-Dipartiment deherlu li kien hemm ksur tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452 tal-Liġijiet ta’ Malta. 

Għalhekk, in vista ta’ dan, id-Dipartiment ipproċeda b’żewġ każijiet separati fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta (Ġurisdizzjoni Kriminali) fil-konfront ta’ Leisure Clothing Ltd.

Dan sar xhur qabel ma kienx hemm xi rapport fil-media.

Id-Dipartiment bħalissa għaddej b’investigazzjonijiet oħra dwar il-kundizzjonijiet tal-impjiegi tal-ħaddiema inklużi dawk li qed ikunu allegati fil-gazzetti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow