Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr142512
Date Icon 29/10/2014
Malta tisħaq għall-emfasi akbar fuq it-tnaqqis tal-iskart iġġenerat daqs kemm qed isir fuq l-iskart irriċiklat. Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta llum kien qed jindirizza l-ewwel Kunsill Ambjentali Ministerjali tal-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea fl-Lussemburgu.
Fl-istess waqt huwa saħaq li billi huma ftit dawk il-pajjiżi – fosthom Malta – li għadhom kemm addottaw programm dwar il-prevenzjoni tal-iskart, kien għadu kmieni biex jiddaħħlu provvedimenti li jorbtub’mod iebes lil kulħadd,  meta hemm  ħaddieħor li bilkemm għadu beda. Huwa qal li biex dawn il-proposti jirnexxu, hemm bżonn li issues marbutin mal-WASTE PREVENTION AND REUSE jiġu ndirizzati wara li jkunu qed jiġu implimentati kif meħtieġ, il-WASTE PREVENTION PROGRAMMES kurrenti fl-istati membri.
Il-Ministru qal li l-PJAN NAZZJONALI DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART f’pajjiżna jorbot mal-viżjoni tal-Unjoni Ewropea nnifisha fil-mixja lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi tagħha, kifukoll lejn ekonomija  ħadranija u  waħda kompetittiva u ‘low carbon’.
IR-REAZZJONI TA’ MALTA DWAR IL-FTEHIM FUQ IL-QAFAS TAL-POLITIKA DWAR KLIMA U ENERĠIJA TAL-UE – 2030
Malta tilqa’  l-ftehim milħuq lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet dwar il-Klima u l-Enerġija 2030 u tħoss li huwa jibgħat sinjal tal-impenn serju tal-Unjoni Ewropea biex tindirizza sfida li hija waħda globali użżomm ir-rwol ewlieni tagħha dwar l-azzjoni favur il-klima fil-fora internazzjonali.
Malta tappoġġja l-impenn tal-Unjoni Ewropea li sa tmiem l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla għandu jkollha target dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet bħala kontribuzzjoni għan-negozjati internazzjonali dwar il-klima. Dan bil-ħsieb li jkun jista’ jintlaħaq ftehim globali fil-Konferenza dwar it-Tibdil tal-Klima ta’ Pariġi ta’ tmiem is-sena 2015.
Malta tħoss li hemm bżonn ‘ownership’ kollettiv mill-istati membri biex il- policies intiżi biex iwasslu għall-kunsens dwar l-interconnections u l-effiċjenza fl-enerġija (ETS u non-ETS sectors) jiksbu d-direzzjoni strateġika meħtieġa.
Malta tilqa’ b’mod partikulari t-twaqqif ta’ strument ġdid ta’ flessibilita’ bejn l-ETS (EMISSIONS TRADING SYSTEM) u n-non-ETS, li jkun jista jippermetti lil-uħud mill-istati membri tal-Unjoni li jużaw għadd ta’ ETS allowances għall-kisba tat-targets tagħhom li mhumiex ETS.
KONFERENZA TA’ LIMA DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA: DIĊEMBRU 2014
Il-Ministru Brincat qabel mal-proposti tal-Unjoni Ewropea għall-pożizzjoni komuni dwar din il-konferenza għaliex uriet ċar li l-istess Unjoni qed tistenna li joħorġu riżultati konkreti minn dan is-summit tal-Ġnus Magħquda.
Malta saħqet ukoll  li hemm bżonn ko-operazzjoni reġjonali u internazzjonali dwar l-azzjoni favur il-klima biex jintlaħqu dawn l-għanijiet filwaqt li qablet mal-linja proposta li l-addattazzjoni għat-tibdil tal-klima għandha tkun parti ċentrali mill-ftehim li mistenni jintlaħaq f’mod li jorbot legalment lill-partijiet kollha  ġewwa Pariġi f’Diċembru tas-sena d-dieħla.
TAXXI ĦODOR
Il-Ministru Brincat qal li għalkemm bidla fl-emfasi fit-tassazzjoni tista’ tkun għodda xierqa biex tippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi ġodda u t-tħaddir tal-ekonomija, huwa importanti li l-impatti soċjo-ekonomiċi ta’ dawn l-għodda ta’ policies jiġu studjati bir-reqqa bil-quddiem, speċjalment billi saħaq li tassazzjoni simili għandha tibqa’ kompetenza tal-istati membri.
Dwar dik li qed tissejjaħ il-mixja lejn THE CIRCULAR ECONOMY, il-Ministru Brincat qal li  filwaqt li pajjiżna jappoġġja  dan il-għan fil-prinċipju, apparti milli għandhom isiru studji aktar fil-fond anki minn ekonomisti Maltin u barranin  biex jaraw l-impatti varji li din it-trasformazzjoni jista’ jkollha fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-qbil tagħna fil-prinċipju huwa marbut mal-ħtiega li qabel xejn jiddaħħlu inċentivi ekonomiċi xierqa kif ukoll  il-mekkaniżmi meħtieġa għal aktar flessibilita’ fit-tħaddim tagħha.
Tuesday 28 October 2014
Photo 1
The Hon. Leo Brincat, Minister for Sustainable Development, the Environment and Climate Change meets with the UK Secretary of State Mr Dan Rogerson.
Photo 2
The Hon. Leo Brincat, Minister for Sustainable Development, the Environment and Climate Change meets with the Luxembourg Minister Ms Carole Dieschbourg.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow