Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JAGĦŻEL LIL EDEN LEISURE GROUP LIMITED U LIL DRAGONARA GAMING LIMITED BIEX JINNEGOZJA MAGĦHOM IL-FTUĦ TA’ ŻEWĠ CASINOS F’MALTA

pr142511
Date Icon 28/10/2014

Il-Gvern, permezz tal-Privatisation Unit, temm proċess kompettittiv li beda b’sejħa għal proposti għal konċessjoni għall-ftuħ u l-operat ta’ Casino f’Malta, li saret fil-31 ta’ Lulju 2013.

Il-Privatisation Unit identifika lill-Eden Leisure Group Limited bħala l-proponent favorit u lil Dragonara Gaming Limited bħala t-tieni l-aktar proponent favorit. Din il-konklużjoni ntlaħqet abbażi ta’ rapport li sar minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni u Aġġudikazzjoni li nħatar bil-għan li jassisti lill-Privatisation Unit.

Il-Gvern esprima x-xewqa tiegħu li jidħol f’negozjati b’mod immedjat maż-żewġ kumpaniji bil-għan li jingħataw żewġ konċessjonijiet separati għal ftuħ u l-operat ta’ Casino f’Malta mingħajr dewmien. Dan għaliex il-Gvern jemmen li t-tieni konċessjoni, abbażi tat-termini proposti mid-Dragonara Gaming Limited, tkun ukoll ta’ benefiċċju għall-ekonomija ta’ Malta.

Issa li kienu identifikati l-proponenti favoriti, il-proċess ikompli b’perjodu ta’ diskussjonijiet u negozjati biex ikun finalizzat il-ftehim taż-żewġ konċessjonijiet separati.

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, qal li l-Gvern qed ikompli jibgħat messaġġ ċar li lest ikompli jaħdem bla heda biex isaħħaħ ir-ritmu ekonomiku mgħaġġel li qabad dan il-pajjiż, li rreġistra l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.

“Il-Gvern huwa ottimist li, b’deċiżjonijiet bħal dawn u oħrajn simili li se jitħabbru fil-jiem li ġejjin, il-prospetti ekonomiċi ta’ Malta se jkomplu jissaħħu, kif anke kien ikkonfermat fl-aħħar sigħat mill-Aġenzija ta’ Kreditu Moody’s, li tat ċertifikat ieħor b’saħħtu lill-Ekonomija u l-Viżjoni Ekonomika tal-Gvern”, temm jgħid il-Ministru Cardona. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow