Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TA’ DOKUMENT DWAR TROBBIJA POŻITTIVA GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr142510
Date Icon 28/10/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia nieda d-dokument dwar it-Trobbija Pożittiva għall-konsultazzjoni pubblika.

Il-Ministru Farrugia qal illi t-tfassil u t-twettiq ta’ politika għal trobbija pożittiva hija wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern li llum  qed ipoġġi għall-konsultazzjoni pubblika  quddiem il-pubbliku, il-ġenituri, kif ukoll it-tfal u l-istakeholders kollha.

Huwa fisser illi permezz ta’ ‘Trobbija pożittiva’ nifhmu li t-tfal ikunu mrobbija fl-għożża u fl-imħabba. Iżda li dan ma jfissirx li t-tfal għandhom jitħallew jagħmlu li jridu imma li għandu jkollhom limitu u jkunu jafu x’jistgħu jagħmlu u x’ma jistgħux – filfatt din il-policy qed tagħmel enfasi biex dan kollu jsir b’mod pożittiv mingħajr forza fiżika jew psikoloġika.

Il-Ministru Farrugia qal illi l-Gvern u l-Ministeru tal-Familja  jridu jkunu ta’ appoġġ għall-familji Maltin fejn tidħol it-trobbija tal-ulied u huwa għalhekk illi qed jipproponi politika għal trobbija pożittiva li hija msejsa  fuq sens ta’ ġustizzja soċjali.

Huwa żied jgħid illi din il-politika tista’ ssarraf f’miżura finanzjarja għaqlija – filfatt il-Ministru spjega kif illum nafu li hemm consensus fost esperti fuq livell Ewropew illi l-investiment fit-tfal speċjalment f’età bikrija huwa l-aħjar mod biex jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Għalhekk, spjega l-Ministru Farrugia, il-Positive Parenting Policy se tiffoka fuq xibka sħiħa ta’ servizzi għat-tfal f’età bikrija u l-familji tagħhom sabiex insaħħu l-appoġġ lejn il-familji Maltin b’mod speċjali lejn il-familji vulnerabbli.

Il-Ministru Michael Farrugia semma numru ta’ servizzi li huma inkluzi f’dan id-dokument, fosthom:

• Tisħiħ tas-servizzi diġà eżistenti bħal, Parent Craft u Well Baby Clinic illi jagħtu għajnuna lill-ġenituri ġodda kemm qabel it-twelid tat-tarbija u anki wara;

• Ikun hemm servizz ta’ outreach offrut miċ-Child Care Centres fejn anki l-ġenituri jistgħu jaqsmu diffikultajiet ma’ dawk ta’ ġenituri oħra;

• Jiġi offrut servizz ta’ programm terapewtiku fil-komunità biex jgħin tfal u adoloxxenti bi problemi ta’ mġieba;

• Jinfetaħ Ċentru Nazzjonali li joffri servizzi ta’ adozzjoni u fostering;

• Jissaħħaħ l-appoġġ li jingħata lil familji minn naħa tal-Qorti tal-Familja permezz ta’ staff imħarreġ apposta;

• Jitwaqqaf Children’s Forum fl-iskejjel bíex it-tfal ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar it-trobbija;

• Jingħataw korsijiet dwar it-trobbija lill-ġenituri u anki korsijiet offruti lin-nanniet li qed ikollom parti integrali fit-trobbija tan-neputijiet tagħhom;

Il-Ministru Farrugia qal illi l-konsultazzjoni pubblika se tkun qed tinkorpora diversi laqgħat ma’ diversi entitajiet fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, fosthom:

• 10 kulleġġi fit-settur tal-Edukazzjoni;

• Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali u Dipartiment tas-Social Welfare Standards;

• Childcare Centres, Club 3-16 u Skola Sajf;

• Konsultazzjoni mal-Akkamdemiċi;

• Djar tat-tfal, Foster Carers, Looked After Children Section fl-Appoġġ;

• Parent Craft + Well Baby Clinic

• Persuni fi ħdan il-qorti tal-familja

Dawk kollha li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fehmiet u suġġerimenti jistgħu jibagħtu email fuq

positiveparentingpolicy@gov.mt 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow