Left arrow Mur Lura

F’AWWISSU 2014 - TINQABEŻ IĊ-ĊIFRA TA’ 1.1 MILJUN LEJL: REKORD FL-ILJIELI MQATTA’ F’AKKOMODAZZJONIJIET KOLLETTIVI SA MILL-2007

pr142509
Date Icon 28/10/2014

F’Awwissu li għadda t-total ta’ wasliet fl-akkomodazzjonijiet kollettivi fil-Gżejjer Maltin ammonta għal fuq minn 174,000 filwaqt l-ammont ta’ ljieli mqatta’ mit-turisti fl-istess akkomodazzjonijiet qabeż il-1.1 miljun lejl.  Dawn iċ-ċifri mħabbra dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw li f’Awwissu li għadda pajjiżna rreġistra żieda fil-wasliet u fl-iljieli mqatta’ fl-akkomodazzjonijiet kollettivi ta’ 6.5% u ta’ 2.3% rispettivament meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.

Dan ir-riżultat pożittivi jkompli jikkonferma ċ-ċifri globali rreġistrati matul ix-xhur l-oħra tas-sena, fejn fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena ż-żieda fil-wasliet kienet ta’ aktar minn 8%, filwaqt li l-iljieli mqatta’ laħħqu l-figura ta’ aktar minn 6 miljun lejl li tfisser żieda kien ta’ aktar minn 3% meta kkomparat mal-istess perjodu tas-sena 2013.  

Il-Gżira Għawdxija gawdiet minn dan it-tkabbir kemm fil-wasliet u kif ukoll fl-iljieli.  Bejn Jannar u Awwissu 2014 fil-lukandi u akkomodazzjonijiet kollettivi oħra f’Għawdex waslu mal-59,212 turist li qattgħu mal-213,721 lejl fihom.  F’Awwissu li għadda f’Għawdex, iż-żieda fil-wasliet u fl-iljieli mqatta’ kienet ta’ 2% u ta’ kważi 3% rispettivament meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.

F’Awwissu li għadda, tista’ tgħid li kważi l-kategoriji tal-lukandi kollha rreġistraw żieda kemm fil-wasliet u kemm fl-iljieli.  Il-lukandi ta’ ħames stilel kellhom żieda fil-wasliet ta’ aktar minn 4% u ta’ kważi 3% fl-iljieli mqatta’ meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2013.  Il-lukandi ta’ ħames stilel f’Għawdex kellhom tkabbir aħjar mill-medja, meta f’Awwissu li għadda rreġistraw żieda ta’ aktar minn 9% fil-wasliet u ta’ kważi 8% fl-iljieli mqatta’ meta kkomparat ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Dr. Edward Zammit Lewis, laqa’ b’sodisfazzjon dawn ċ-ċifri pożittivi li rriżultaw f’numri rekord qatt irreġistrati fix-xahar ta’ Awwissu sa mill-2007, kemm fin-numru ta’ wasliet u kemm fl-iljieli mqatta’.  Il-Ministru Zammit Lewis qal li dawn ir-riżultati, li qed jiġu kkonfermati xahar wara xahar, huma ċ-ċertifikati ta’ eċċellenza ta’ kemm dan il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza tas-settur turistiku għall-ekonomija Maltija u kemm huwa kommess fil-ħidma tiegħu għal aktar tkabbir u sostenibbiltà fit-turiżmu kemm f’Malta u kemm f’Għawdex.  Dan ma jsirx biss bis-saħħa tal-Gvern iżda wkoll bil-bżulija tal-familji u n-negozji tagħna.  

Fil-pajjiż hawn arja ta’ ottimiżmu u sens ċar li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba.  Il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis għamel referenza għar-rapport li ħareġ mill-agenzija ta’ kreditu Moody’s li jfaħħar is-suċċess tas-settur tat-turiżmu f’pajjiżna li qed jitqies mill-istess agenzija bħala mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow