Left arrow Go Back

NINVESTU FIN-NIES - INVESTIMENT TA’ €2.5 MILJUN FAVUR IT-TISĦIĦ TA’ RIŻORSI UMANI

PR142508
Date Icon 28/10/2014


Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg saħaq fuq l-importanza li nsaħħu l-aqwa riżors li għandu dan il-pajjiż - ir-riżors uman. Dan qalu waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fil-Berġa ta’ Aragona fejn ħabbar allokazzjoni ġdida li tammonta għal €2.5 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ din l-allokazzjoni ta’ fondi mistennija li jiġu mwettqa 9 proġetti li sejrin joffru taħriġ lil madwar 2,000 persuna fis-settur pubbliku.

Waqt l-istess konferenza tal-ahbarijiet d-Direttur Ġenerali tal-Awtorità ta’ Ġestjoni responsabbli mill-immaniġġjar tal-Fondi Ewropej, is-Sur Jonathan Vassallo għamel preżentazzjoni fejn ta dettalji dwar kull proġett fosthom:

- 2 proġetti li ser ikunu qed jiġu mwettqa mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, fejn proġett minnhom se jkollu valur ta’ madwar €526,547. Dan il-proġett, permezz ta’ dawn il-fondi,  ser ikun qed  jiżviluppa struttura ta’ taħriġ għall-impjegati kollha fid-Dipartiment tal-Emerġenża ġewwa Mater Dei. Dan it-taħriġ ser iwassal biex titrawwem kultura fil-post tax-xogħol li tikkontribwixxi għal servizz effiċjenti u sodisfaċenti ta’ customer care lill-pubbliku.

- Il-proġett l-ieħor minn dan il-Ministeru se jkun qed itejjeb il-kapaċità tal-amministrazzjoni tal-ilma fil-Gżejjer Maltin billi jħareġ uffiċjali pubbliċi minn l-istess Ministeru kif ukoll mill-Water Policy Unit u l-Institute of Water Technology sabiex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenza tagħhom f’dan il-qasam.

- Proġett pilota ieħor ser joffri taħriġ adekwat fis-sigurtà għall-ħaddiema tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dan il-proġett ser jgħin fi kwistjonijiet ta’ sigurtà u protokol għall-avvenimenti li ġejjin bħalma hi ċ-CHOGM15 kif ukoll għall-avvenimenti oħra ta’ profil għoli li ser ikun qed jorganizza pajjiżna fil-futur bħal Presidenza tal-UE fl-2017 u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

- Kif ukoll proġett mill-Malta Business Bureau fejn ser ikunu qed jiġu mħarġa nies involuti fis-settur tal-intrapriżi żgħar u medji sabiex fil-futur ikunu aktar preparati  ħalli jibbenefikaw minn aktar Fondi Ewropej ċentralizzati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow