TĦABBIR TAR-RATA TA’ MGĦAX TAL-BIDU
pr142507mt
28/10/2014
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
It-Teżor iħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-bidu tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’rata ta’ mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur mibjugħa b’irkant fl-24 ta’ Ottubru 2014, għall-perjodu bejn id- 29 ta’ Ottubru, 2014 u t-28 ta’ April, 2015 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 0.939% pa. Ir-rata ta’ mgħax tal-bidu hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppubblikata t-Tnejn, 27 ta’ Ottubru, 2014 b’ 0.189% , flimkien ma’ spread ta’ 75 basis points.
Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(a) tal-Prospett li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Ottubru, 2014 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 1028.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046