L-ISPEAKER JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU U S-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI
pr142497
27/10/2014
L-Ispeaker Anġlu Farrugia llum 27 ta’ Ottubru 2014 laqa’ fl-uffiċċju tiegħu fil-Palazz il-Belt Valletta lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar fejn ġie spjegat li għall-ewwel darba fil-Parlament Malti kienet se titressaq leġiżlazzjoni biex numru ta’ provvedimenti fil-liġijiet Maltin li llum jistgħu jitqiesu bħala antikwati, jiġu emendati jew revokati.
L-Ispeaker feraħ lill-Prim Ministru għal din l-inizjattiva u l-eżerċizzju li sar biex il-korp leġiżlattiv jiġi aġġornat għaż-żminijiet tal-lum.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046