Left arrow Go Back

‘THE PRESIDENT’S BIKE RIDE 2014’ - ELUF JIKKONKORRU GĦALL-EWWEL BIKE RIDE NAZZJONALI

pr142490
Date Icon 26/10/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-eluf ta’ ċiklisti u sewwieqa tal-muturi li dalgħodu kkonkorrew bi ħġarhom għal The President’s Bike Ride 2014, l-ewwel Bike Ride Nazzjonali fejn ċiklisti u sewwieqa tal-muturi ngħaqdu flimkien b’solidarjetà mal-Malta Community Chest Fund.

F’indirizz li għamlet lill-eluf ta’ ċiklisti u sewwieqa tal-muturi fi tmiem din il-Bike Ride Nazzjonali,  il-President ta’ Malta qalet li tħossha kburija li l-Maltin u Għawdxin qed jingħaqdu f’tim wieħed ta’ mħabba b’risq il-Malta Community Chest Fund, li huwa l-unika fond Nazzjonali li minnu qed jibbenefikaw mijiet ta’ persuni li jiġu bżonn l-għajnuna u s-sostenn meta jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet ta’ mard serju bħal dak tal-kanċer.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienet akkumpanjata mis-Sur Edgar Preca, li b’mod individwali rringrazzjaw lill-parteċipanti għall-appoġġ qawwi li wrew għal din l-attività.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow