ALLOKAZZJONI U RIŻULTAT TAL-BEJGĦ B’IRKANT TAL-ISTOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA – OTTUBRU 2014
It-Teżor iħabbar ir-riżultat u l-allokazzjoni tal-bejgħ b’irkant tal-iStocks tal-Gvern ta’ Malta tal-ħruġ ta’ Ottubru 2014.
Sad-data tal-għeluq f’nofsinhar tal-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru 2014, it-Teżor irċieva tlieta u sebgħin (73) offerta b’valur nominali ta’ Ewro 205.1 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ Ewro 40 miljun (soġġett għal Dritt li jiżdied l-ammont b’massimu ta’ Ewro 35 miljun).
It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta ta’ Ewro 75 miljun kif ġej:
IRKANT | ||
Offerti b’Irkant sottomessi | Allokazzjoni | |
Istituzzjonijiet Finanzjari | Istituzzjonijiet Finanzjari | |
Nominali (€) | Nominali (€) | |
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur + 75 bps | 157,300,000 | 47,850,000 |
4.1% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2034 (I) FI | 47,800,000 | 27,150,000 |
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046