Left arrow Mur Lura

DR. STEFAN BUONTEMPO JŻUR LID-DULĊIER ANDREW FARRUGIA B’RABTA MAL-ĦAMRUN CHOCOLATE FESTIVAL

pr142471
Date Icon 24/10/2014

Dr. Stefan Buontempo l-ġimgħa filgħodu żar lid-dulċier Andrew Farrugia. Artist taċ-ċikkulata li matul dawn l-aħħar ġimgħat bena mudell ta’ triq sħiħa magħmul miċ-ċikkulata.

Andrew Farrugia li huwa wkoll għalliem fl-Istitut tat-Turiżmu l-ITS spjega lis-Segretarju Parlamentari x-xogħol wara din l-esebizzjoni li ser tkun qed tittella’ bħala parti mill-Festival taċ-ċikkulata li ser jiġi organizzat matul tmiem il-ġimgħa li ġej mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.

Din it-triq taċ-ċikkulata fiha diversi biċċiet ta’ skultura magħmula miċ-ċikkulata fosthom mudelli ta’ ħwienet tradizzjonali tax-xorb u l-ħaxix, faċċati tal-każini tal-baned, sqaqien u kif wkoll faċċata ta’ knisja.

Matul il-festival taċ-ċikkulata li ser jittella’ fit-triq ewlenija tal-Ħamrun ser ikunu qed jinbiegħu diversi prodotti taċ-ċikkulata filwaqt li madwar 60 ħanut fl-istess lokalitajiet ser jibqgħu miftuħa għal din l-okkażjoni.

Is-Segretarju Parlamentari resposnabbli mill-Gvern Lokali Dr. Stefan Buontempo tkellem dwar l-importanza li l-kunsilli lokali jorganizzaw attivitajiet bħal dawn, attivitajiet li qed jgħinu wkoll sabiex jigi ġġenerat il-kummerċ f’dawn il-lokalitajiet filwaqt li jservu wkoll bħala niċċa għat-turiżmu.

Minn naħa l-oħra s-Sindku tal-Ħamrun Vincent Bonello ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi jipparteċipa f’din l-attività li ta’ kull sena tattira lejn il-Ħamrun follol kbar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow