Left arrow Mur Lura

INAWGURAT ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM ĠDID GĦALL-ANZJANI FIL-GŻIRA

pr142469
Date Icon 24/10/2014

Illum ġie inawgurat Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani ġdid  fil-Gżira mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana u dan abażi ta' ftehim li ntlaħaq bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u s-Segretarjat Parlamentari biex jibda jingħata dan is-Servizz fil-lokalità.

Justyne Caruana ħabbret li dan huwa ċentru ġdid li ser ikun qiegħed jagħti servizz għall-anzjani residenti fil-lokalità tal-Gżira u b’hekk il-Gvern qiegħed isaħħaħ u jżid is-servizzi mogħtija lill-anzjani biex jibqgħu attivi fil-komunità. Dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ser ikun qiegħed jopera tliet darbiet fil-ġimgħa u għandhu programm ta’ taħriġ lest li jikkomplimenta l-prospektus li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum l-oħra.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tennet tgħid li dan huwa eżempju ċar tat-tip ta’ proposti li Kunsilli Lokali għandhom jippreparaw biex jippreżentaw lis-Segretarjat Parlamentari filwaqt li għamlet referenza għas-sejħa li saret il-ġimgħa l-oħra biex il-kunsilli jippreżentaw proposti għal proġetti u servizzi fil-komunità għall-anzjani bħal servizzi ta’ respite,  Ċentri ta’ Matul il-Jum u Night Shelters.

Aktar tagħrif fuq din il-proposta jistà jinkiseb fuq is-sit www.activeageing.gov.mt jew iċempel fuq 2590 3132

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow