Left arrow Mur Lura

TIFTAĦ IS-SENA AKKADEMIKA TAL-UNIVERSITÀ TAT-TIELET ETÀ F’GĦAWDEX

pr142468
Date Icon 24/10/2014

“L-anzjani għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà. L-anzjani jridu jieħdu sehem fis-soċjetà waqt li jgħixu ħajja b’saħħitha u indipendenti”, tenna l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt żjara fid-Day centre for the Elderly f’Għajnsielem. Il-Ministru indirizza lill-anzjani preżenti għall-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età.

Illum l-anzjani għandhom diversi għejun ta’ tagħlim u l-Università tat-Tielet Età sseddaq il-prinċipju importanti ta’ tagħlim matul il-ħajja. Esperjenza pożittiva li tgħin biex l-anzjani jibqgħu attivi waqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Dan juri kemm l-anzjani huwa għatxana għat-tagħlim u dan jawgura tajjeb għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja.   Il-Ministru Anton Refalo tenna kemm il-Gvern huwa impenjat biex jagħmel il-ħajja aħjar lill-anzjani kif ukoll esprima l-pjaċir tiegħu li issa f’Għawdex ser ikun hemm dar tal-anzjani tal-aqwa u l-ogħla livell. Anton Refalo awgura lill-anzjani preżenti saħħa u hena u kif ukoll sena akkademika mill-aqwa.

Is-sena akkademika 2014/2015 ser ikun hemm grupp ta’ 50 persuna anzjana li ser jattendu l-Università tat-Tielet Età (U3E) f’Għawdex regolarment. Il-kors ta’ attivitajiet marbut ma’ din l-inizjattiva kien beda 18-il sena ilu fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex. Tul is-snin ittieħdu żewġ inizjattivi li permezz tagħhom ġie ppublikat il-ktieb “Iż-Żifna ta’ Żmienhom” kif ukoll is-CD “Memorji Għawdxin”.

Il-kors tal-U3E f’Għawdex huwa kkoordinat mis-Sezzjoni għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali fid-Dipartiment tal-Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kura tal-Anzjani fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fuq numri: 2215 6620 u 2215 6626.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow