Left arrow Mur Lura

ŻVILUPP TA’ KWALITÀ FIL-QASAM TAL-KURA TAL-ANZJANI F’GĦAWDEX

pr142467
Date Icon 24/10/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar is-sit fejn ser tinbena d-dar tal-anzjani.  Matul dawn l-aħħar snin,  f’Għawdex kien hawn nuqqas kroniku dejjem jikber ta’ akkomodazzjoni komunitarja għaċ-ċittadini anzjani.  Il-problema tikkomplika ruħha minn popolazzjoni li qegħdha tixjieħ b’rata aċċellerata.    Għadd żgħir ta’ djar immexxijin minn għaqdiet reliġjużi b’kuraġġ u sagrifiċċji kbar jieħdu ħsieb ftit mijiet ta’ ċittadini anzjani imma dak li jipprovdu huwa ferm inqas mid-domanda.  Dawk inqas ixxurtjati jkollhom jitqannew bil-kenn ipprovdut mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  L-irġiel u nisa miżżewġin jinfirdu minn xulxin għax hemm kwartieri għall-irġiel differenti minn kwartieri għan-nisa.

Il-Ministru Refalo qal li hekk kif ingħata r-responsabilita’ ta’ Ministru għal Għawdex, waħda mill-ewwel affarijiet li  kien li akkwista mid-Djoċesi t’Għawdex il-Casa San Giuseppe  jew kif kien magħruf l-orfanatrofju ta’ San Ġużepp. Dan kien possibbli billi l-Isqof t’Għawdex huwa ben konxju, bħalma huwa l-Gvern, mill-ħtieġa li jipprovdi dar diċenti għall-anzjani Għawdxin. 

Wara xogħol intensiv mill-perit tal-Ministeru għal Għawdex, pjanta għal dar tal-anzjani b’70 (sebghin) kamra b’żewġ sodod f’kull kamra ġiet approvata mill-MEPA fid-9 t’Ottubru 2014.

Il-Perit Angelo Portelli spjega kif din il-faċilita’ ġdida sejra tiġi ntegrata ma’ bini antik li diġa’ hemm, iġifieri  r-residenza tal-Balliju tal-forti Chambray.  Il-bini l-antik sejjer jiġi rrestawrat filwaqt li bini ieħor qadim li iżda m’għandux valur storiku jew arkitettoniku sejjer jitneħħa sabiex jagħmel spazju għall-iżvilupp il-ġdid.  Id-disinn jieħu in kunsiderazzjoni l-orjentament eżistenti tar-residenza tal-Balliju li sejra tifforma l-area tar-reception tal-iżvilupp il-ġdid.  Ir-residenza tal-Balliju, fil-fatt, sejra tifforma l-entratura ewlenija għal din id-dar.

Il-kmamar kollha sejrin ikollhom faċilitajiet en suite, li jinkludu faċilitajiet ta’ magni tal-kafe’ u galleriji li jagħtu għal fuq ġonna u xeni panoramiċi tal-baħar.

L-iżvilupp propost għandu veduti stupendi tal-fliegu bejn Malta u Għawdex u jiġi faċċata tan-Nofsinhar.  Il-faċilita’ hija ddisinjata apposta kemm għal persuni li jkunu għadhom fuq saqajhom kif ukoll għal persuni li għandhom problemi ta’ mobilita’ inklużi dawk li jużaw il-wheelchair.  Il-faċilita’ ġiet iddisinjata skont il-linji-gwida ta’ aċċess għal kulħadd.

Fattur importanti f’faċilita’ bħal din hija l-integrazzjoni tal-ispazji soċjali pubbliċi mal-bini kollu.    L-areas kollha tal-faċilita’ huma wkoll landscaped.

Fost dawn l-ispazji pubbliċi hemm clinic tat-tabib, sala tal-pranzu, kappella, uffiċini, hairdresser, librerija, post għall-crafts u area amministrattiva.

Dan il-proġett se joħloq spazju fejn l-anzjani, inklużi koppji miżżewwġin, jistgħu jgħixu flimkien f’armonija u f’post sikur.  Dan il-proġett sejjer joħloq opportunitajiet ġodda ta’xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin u b’hekk ser tidħol fis-seħħ wegħda oħra tal-Gvern.

Anton Refalo qal li “Mingħajr esaġerazzjoni ta’ xejn nistgħu ngħidu li sejjer ikollna zviluppi state of the art fil-qasam tal-kura tal-anzjani fil-gżira t’Għawdex.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow