STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
pr142464
24/10/2014
In-numru ta’ nies jirreġistraw fl-inqas livell għal aktar minn tliet snin
Statistika maħruġa llum mill-UffiċċjuNazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li l-andament pożittiv fil-qasam tal-impjiegi kompla għaddej matul Settembru. Imqabbel mal-aħħar ta’ Jannar, in-numru ta’ nies fuqir-reġistru tal-qgħad naqas bi kwazi elfejn u mitejn,jew 15%. Dan ifisser li matul l-aħħartmien xhur, kuljum kellna ħamespersuni anqas li kellhom bżonnjirreġistraw.
Huwa ta’ sodisfazzjon partikolarili t-titjib fis-suq tax-xogħoljidher li kien mifrux sewwa. Filfatt kien hemm tnaqqis fil-qgħad kemm fost iż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk ta’ aktar minn 45 sena. Meta mqabbel ma’ sena ilu, kien hemm titjib ta’8.7% fin-numru ta’ nies ta’ aktar minn 45 sena li kienu bla xogħol, filwaqt li persuni ta’ anqas minn 20sena li qed jirreġistrawnaqsu b’aktar minn terz. In-numru ta’ nies jirreġistraw f’Għawdexnaqas b’4%.
Ir-rekord pożittiv tal-ewwel dsatax-il xahar ta’ danil-Gvern jikkuntrasta bil-kbir mal-andament fil-qgħad matul l-istess perjodu taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Minflok tnaqqis fil-qgħad, f’dak iż-żmien pajjiżna ra żieda ta’ 769 persuna jirreġistraw. Minn dawn 423 kienu persuni ta’ età ta’ aktar minn45 sena. Kien hemm żieda ta’ 5% fil-qgħad f’Għawdex u żieda ta’ 4% fostiż-żgħażagħ ta’ taħt 20 sena.
Bil-fatti dan huwa Gvern li qiegħed jikseb ir-riżultati fil-qasamtax-xogħol. In-numru ta’ nies jirreġistraw qiegħedfl-inqas livell f’aktar minn3 snin. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ, frott il-miżurili qed jieħu l-Gvern, naqasb’terz. Anke fost nies qiegħdata’ aktar minn 45 sena, li taħtl-amministrazzjoni preċedentkien hemm żieda tista’ tgħid kontinwa, issa beda jkun hemm titjib.
Il-Gvern huwa kommess li jkomplijaħdem biex is-sitwazzjonitibqa titjieb fix-xhur li ġejjin u l-qgħad ikompli jonqos anke aktar.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046