ILLUM JINGĦATA BIDU GĦALL-KONSULTAZZJONI ONLINE DWAR L-ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR AZZJONI FAVUR IL-KLIMA
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima qed iniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar Azzjoni favur il-Klima.
L-abbozz qed jiġi propost għaliex it-tibdil fil-klima qed iħasseb dejjem iżjed lill-bniedem u biex jingħata għarfien lis-sehem li qed tagħti Malta fl-isforzi globali biex tiġi indirizzata dil-problema.
L-għan tal-abbozz huwa li jipprovdi azzjoni biex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jitrażżnu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma kawżati mill-ħidma tal-bniedem. Skop ieħor huwa li jipproteġi u jtejjeb il-mod kif il-gassijiet serra jiġu assorbiti mill-ambjent naturali u b’hekk jitnaqqas l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima.
Kull min jixtieq jara l-Abbozz ta’ Liġi jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fil-website tal-Ministeru – www.environment.gov.mt.
Individwi u organizzazzjonijiet huma mistiedna jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom lil climateactionbill.msdec@gov.mt mhux aktar tard mill-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2014
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046